01. X’inhu smart meter? X’għandu differenti mill-arloġġ attwali?
- Home
- 01. X’inhu smart meter? X’għandu differenti mill-arloġġ attwali?
L-ismart meter tad-dawl hu arloġġ avvanzat li kapaċi jaħżen l-informazzjoni (pereżempju l-qari tal-konsum) u jittrażmetti d-data lis-sistema ċentrali permezz ta’ netwerk. Jista’ wkoll jirċievi ordnijiet mill-bogħod. L-arloġġ li għandek bħalissa ma jippermettix li jsir dan. F’każ tal-arloġġ tad-dawl attwali, il-konsum irid jinqara b’mod manwali u ma hemmx komunikazzjoni ma’ jew mis-sistema ċentrali.