Menu

Single Digital Gateway

A single point of access to information, procedures and assistance services online

  • Home
  • ghajnuna u sapport
  • ghajnuna
  • Single Digital Gateway

The single digital gateway aims to facilitate online access to the information, administrative procedures and assistance services that citizens and businesses need to get active in another EU country.

  1. Il-konsumaturi għandhom dejjem id-dritt għal konnessjoni, jekk ikun hemm forniment ta' servizz universali?
    Is-servizz huwa disponibbli għall-klijenti kollha, kemm-il darba jintlaħqu l-kriterji mitluba u jkun sar il-ħlas għal servizzi ġodda.
  2. Jekk iva, kif jistgħu l-konsumaturi jsibu l-isem tal-fornitur tas-servizz universali u jikkuntattjawhom?
    Malta għandha fornitur ta’ servizzi wieħed għaż-żewġ servizzi: Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Enemalta.
    L
    -entitajiet li jipprovdu s-servizzi ħolqu one stop shop għand l-ARMS fejn il-klijenti jistgħu japplikaw għas-servizzi kollha relatati.
  3. Il-konsumaturi għandhom iħallsu biex ikunu konnessi?
    Iva. Ħlasijiet għal servizz ġodda japplikaw. Tistassib il-formoli tal-applikazzjoni rilevanti hawnhekk:
    https://arms.com.mt/en/services/apply-for-a-service/applications-forms
    u tariffi hawn:
    https://www.rews.org.mt/#/en/a/13-regulated-electricity-tariffs
    Jekk ghandek eID, tista tapplika online fuq https://armseforms.com.mt/Account/Login
  4. X'jiġri jekk xi klijent jiċċaqlaq f’dar fejn hemm ġa konnessjoni?
    Jista’ jimla u jibgħat il-formola ta’ Reġistrazzjoni ta' bidla tal-konsumatur
    https://arms.com.mt/en/services/apply-for-a-service/applications-forms
    Jekk ghandek eID, tista tapplika online fuq https://armseforms.com.mt/Account/Login
  5. X'jiġri jekk xi ħadd jeħtieġ konnessjoni ġdida (dar mibnija mill-ġdid, restawr, eċċ.)?
    Jista’ jimla u jibgħat il-formola għal applikazzjoni ta' servizz ġdid.
    Formola ‘A’ -  Applikazzjoni għal servizz ġdid tal-elettriku u/jew tal-ilma: 
    https://arms.com.mt/en/services/apply-for-a-service/applications-forms
    Jekk ghandek eID, tista tapplika online fuq https://armseforms.com.mt/Account/Login
  6. Huwa possibbli u kif jistgħu l-konsumaturi jibdlu l-fornituri?
    Hemm fornitur tas-servizz wieħed biss għas-suq lokali.
  7. X'jista’ jagħmel klijent li jkollu problema jew ilment; lil min jista’ jikkuntattja u kif?
    Għandu jagħmel kuntatt magħna b’email fuq:
    [email protected]
    Freephone 80072222
    Social Media
  8. X'għandu jagħmel klijent li ma jistax iħallas il-kont; x’għajnuna hi disponibbli għal residenzi bi dħul baxx?
    Il-klijenti għandhom jagħmlu kuntatt mad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali biex jikkonfermaw humiex eliġibbli għal kwalunkwe benefiċċju tal-gvern, inklużi l-benefiċċji tal-enerġija. Barra minn hekk, jistgħu jagħżlu li jaslu fi qbil maARMS biex iħallsu l-kontijiet bin-nifs. Aktar għajnuna tinsab disponibbli fuq:https://www.servizz.gov.mt/en/Pages/Inclusion_-Equality-and-Social-Welfare/Social-Solidarity/Benefits-and-Services/WEB630/default.aspx