Menu

Prezzijiet tat-tariffi

Rati applikabbli għall-provvista tad-dawl u l-ilma

  • Home
  • Informazzjoni
  • Ilma u dawl
  • Prezzijiet tat-tariffi

It-tariffi huma r-rati applikabbli għall-provvista tad-dawl u tal-ilma u huma rregolati mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS). Hemm rati tariffarji Domestiċi, Residenzjali u Mhux Residenzjali.

Dawn huma r-rati tat-tariffi fil-qosor tas-servizzi li japplikaw f’Malta. Jekk jogħġbok kun af li din il-lista mhix eżawrjenti għalhekk għandek tirreferi għar-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Elettriku u r-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Ilma għal spjegazzjoni dettaljata ta’ kull faxxa tat-tariffa.

  • Il-konsumatur hu intitolat biss li jirreġistra dan li ġej bħala Servizz tal-Post Domestiku:
    - Residenza primarja waħda u;
    - Residenza sekondarja waħda u;
    - Garaxx wieħed li ma jaqbiżx il-50 metru kwadru u hu użat esklussivament għal skopijiet privati, mhux kummerċjali.
  • Kont tal-Post Domestiku jibbenefika minn rati residenzjali meta persuna waħda jew aktar tkun irreġistrata fih. Rati residenzjali huma irħas minn rati domestiċi. Barra minn hekk, benefiċċju tal-ekoriduzzjoni japplika fuq il-Postijiet Residenzjali u hu bbażat fuq in-numru ta’ persuni rreġistrati fil-kont.
  • Biex tibbenefika minn sussidju ta’ ekoriduzzjoni, in-numru korrett ta’ persuni li jgħixu f’xi post għandu jkun irreġistrat fil-kont tiegħek. Din l-informazzjoni tkun preżenti fil-kantuniera ta’ fuq nett tal-lemin tal-kont tad-dawl u tal-ilma. Tista’ tara din l-informazzjoni mis-Sezzjoni Privata tiegħek.
  • Ir-reġistrazzjoni ta’ persuna(i) fuq kont mhix awtomatika. Biex tapplika għal bidla fin-numru ta’ persuni rreġistrati, jekk jogħġbok niżżel il-formola tal-applikazzjoni rilevanti minn hawn u ssottomettiha f’wieħed miċ-ċentri ta’ assistenza lill-konsumatur.
  • Ħadd ma jista’ jkun irreġistrat f’aktar minn servizz wieħed fl-istess ħin u ebda individwu ma jista’ jirreġistra f’garaxx jew f’partijiet komuni ta’ kondominju.
  • Kun af li skont ir-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Elettriku attwali, l-istess persuna tista’ biss iċċaqlaq ir-reġistrazzjoni tagħha minn post għal ieħor darba fis-sena. Kwalunkwe bidla oħra tiġi rreġistrata formalment biss is-sena ta’ wara. Barra minn hekk, jekk il-bidla tintalab wara t-30 ta’ Novembru, tidħol fis-seħħ biss is-sena ta’ wara.
  • Servizz li mhux irreġistrat bħala Servizz ta’ Post Domestiku jew bħala Servizz ta’ Post Residenzjali għandu jitqies bħala Servizz ta’ Post Mhux Residenzjali.
  • F’każ ta’ kumpanija li tapplika għal servizz rati Mhux Residenzjali japplikaw dejjem.
  • Tariffi tad-dawl (https://www.rews.org.mt/#/en/fa/31)
  • Tariffi tal-ilma (https://www.rews.org.mt/#/en/fa/35)