Menu

Avviż dwar il-privatezza

Id-dikjarazzjoni pubblika ta’ ARMS dwar kif id-data tiegħek hi protetta

  • Home
  • Avviż dwar il-privatezza

L-avviż dwar il-privatezza

Protezzjoni tad-data: aġġornat l-aħħar fit-23 ta’ Mejju 2018

Nixtiequ nirringrazzjawk talli żort il-websajt tagħna. Aħna nħarsu l-privatezza tal-viżitaturi tagħna u mhux se niġbru informazzjoni personali dwarek bħala viżitatur sakemm int ma tipprovdix din b’mod volontarju. Kwalunkwe informazzjoni personali li tikkomunika magħna tinżamm fi ħdan in-netwerk tal-Gvern Malti (GOV) innifsu.

 

Jekk taqra jew tniżżel xi informazzjoni mill-websajt tagħna, aħna b’mod awtomatiku niġbru u naħżnu din l-informazzjoni li mhix personali:

Il-paġna mitluba jew data mniżżla;

Jekk it-talba ntlaqgħetx jew le;

• Id-data u l-ħin li aċċessajt il-websajt;

L-indirizz tal-websajt jew tal-isem tad-dominju tal-kompjuter li minnu aċċessajt il-websajt;

Is-sistema operattiva tal-magna li tħaddem il-web browser tiegħek, it-tip u l-verżjoni tal-web browser.

Tajjeb li tkun taf li din l-informazzjoni hi strettament għall-użu tal-GOV u mhix maqsuma ma’, mikrija jew mibjugħa lil ebda organizzazzjoni oħra.

 

Informazzjoni personali

Meta timla l-formola fuq il-paġna “IKKUNTATTJANA”, aħna nużaw l-informazzjoni personali fuq il-formola li tiġi sottomessa biex nirrispondu l-messaġġ tiegħek biss.

 

Ħoloq

Is-sit tagħna fih numru ta’ ħoloq għal paġni ta’ organizzazzjonijiet u aġenziji lokali u internazzjonali. F’ċerti każijiet, ir-rabta ma’ paġni ta’ organizzazzjonijiet privati permezz tal-ħoloq issir bil-permess tagħhom. Importanti li tkun taf li ladarba l-ħolqa tidderiġik għal sit ieħor int ma tibqax fuq il-websajt tagħna u tkun suġġett għall-politika ta’ privatezza tas-sit il-ġdid.

 

Cookies

Il-GOV jagħmel użu mill-cookies biex jidentifika lill-webserver liema utent qed jagħmel liema talba. Cookie hi biċċa informazzjoni żgħira li tintbagħat lill-browser tiegħek – flimkien ma’ paġna elettronika – meta taċċessa websajt. Il-browser tiegħek jerġa’ jibgħat l-informazzjoni tal-cookie lid-dominju minn fejn il-cookie tkun oriġinat u hemm biss, jiġifieri, magnet.mt, u ebda sit ieħor ma jista’ jitlob din l-informazzjoni. Meta int tirritorna għall-GOV, il-cookie tintbagħat lura lill-webserver, flimkien mat-talba l-ġdida tiegħek.

 

Protezzjoni tad-data

Aġġornat l-aħħar fit-23 ta’ Mejju 2018

 

ARMS Ltd ġiet maħtura bħala proċessur tad-data personali tiegħek mill-Korporazzjoni Enemalta plc (Enemalta), kumpanija pubblika Maltija b’responsabbiltà limitata bin-numru ta’ reġistrazzjoni C65836 u bl-indirizz irreġistrat fi Triq Il-Moll tal-Knisja, Il-Marsa, MRS 1000, Malta, u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), imwaqqfa bis-saħħa tal-Kapitlu 355 tal-Liġijiet ta’ Malta bl-indirizz irreġistrat fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa, LQA 9043, (l-entitajiet), dawn tal-aħħar huma kontrolluri konġunti tad-data personali tiegħek. F’ARMS Ltd nipproċessaw l-informazzjoni personali tiegħek f’isem l-entitajiet għall-iskopijiet li nipprovdulek is-servizzi tal-ilma u tad-dawl u kwalunkwe servizz anċillari ieħor.

 

Aħna impenjati li nirrispettaw il-privatezza tiegħek.

 

Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, tista’ tikkuntattja:

Lil Enemalta fl-indirizz indikat hawn fuq, jew permezz ta’ korrispondenza elettronika  fuq: customercare.em@enemalta.com.mt jew bit-telefown fuq 8007 2224; u lil WSC fl-indirizz indikat hawn fuq, jew permezz ta’ korrispondenza elettronika fuq: customercare@wsc.com.mt jew bit-telefown fuq 80076400.

 

Jista’ jsir ukoll kuntatt mal-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data tal-Enemalta u tal-WSC.

 

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data taEnemalta tista’ tiġi kkuntattjata f’Uffiċċji tal-Amministrazzjoni Ċentrali, Triq Il-Moll tal-Knisja, Il-Marsa, MRS 1000, fuq dpo.em@enemalta.com.mt jew fuq +356 22980583.

 

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data taWSC jistajiġi kkuntattjat f Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa, LQA 9043, fuq dpo@wsc.com.mt jew fuq +356 22443240.

 

Kun af li aħna ħtarna lill-Automated Revenue Management Services Limited (ARMS), kumpanija mwaqqfa skont il-Liġijiet ta’ Malta, bin-numru ta’ reġistrazzjoni C46054 u bl-indirizz irreġistrat f’Gattard House, Triq Nazzjonali, Il-Blata l-Bajda, HMR 9010, bħala proċessur tad-data personali tiegħek bl-għan li tipprovdi l-qari tal-arloġġ, iż-żamma tal-kontijiet, għas-servizzi tal-ġbir ta’ pagamenti u funzjonijiet oħra anċillari ma’ dawn is-servizzi.

 

Bħala proċessur tagħna, ARMS tipproċessa biss id-data personali tiegħek għan-nom tagħna u tal-istruzzjonijiet tagħna. ARMS Ltd tista’ tiġi kkuntattjata fuq l-indirizz indikat hawn fuq, jew permezz ta’ korrispondenza elettronika fuq: customercare@arms.com.mt jew bit-telefown fuq: 8007 2222. L-Uffiċjal responsabbli mill-protezzjoni tad-data ta’ ARMS Ltd tista’ tiġi kkuntattjata f'ARMS Ltd., Qormi Road, Luqa,fuq dpo.arms@arms.com.mt jew fuq +356 22452725.

 

Jekk jogħġbok aqra bir-reqqa l-Avviż dwar il-Privatezza biex tifhem il-prattiċi tagħna fir-rigward tad-data personali tiegħek.

 

1. Aġġornamenti

Aħna nistgħu naġġornaw dan l-Avviż dwar il-Privatezza għad-diskrezzjoni tagħna u b’riżultat ta’ bidla fil-liġi applikabbli jew attivitajiet tal-ipproċessar. Int tiġi mgħarraf b’bidliet bħal dawn qabel il-bidu tal-attività tal-ipproċessar rilevanti.

 

2. Fiex tikkonsisti d-data personali?

It-terminu “data personali” jirreferi għal kull informazzjoni li biha persuna tista’ tkun identifikata, bħal isem; kunjom; l-indirizz u informazzjoni ta’ kontijiet li tinkludi kull informazzjoni li tista’ tiġi mitluba.

 

3. Kif niġbru d-data personali?

Bħala entitajiet li nipprovdu s-servizzi tad-dawl u tal-ilma aħna regolarment niġbru data personali abbażi tas-servizzi tagħna u l-obbligi legali tagħna.

Ġeneralment, niġbru data personali minn:

Formoli mimlija u mibgħuta lil kull waħda mit-tliet entitajiet;

Websajts tat-tliet entitajiet;

Telefonati li jidħlu fiċ-ċentru ta’ assistenza lill-konsumatur tat-tliet entitajiet.

Ġeneralment, tkun ipprovdejtilna d-data personali tiegħek int direttament jew permezz tal-kumpanija ARMS Ltd.

Terzi persuni, li jinkludu, iżda mhux limitati, għall-Kunsilli Lokali, jista’ jkun li jipprovdulna d-data personali tiegħek ukoll.

 

4. X’tip ta’ data personali nipproċessaw?

Id-data personali tal-konsumaturi li ġeneralment niġbru u nipproċessaw tinkludi:

  • Isem;
  • Kunjom;
  • Numru tal-Karta tal-Identità/numru tal-Passaport;
  • Indirizz;
  • Numru fejn ikun jista’ jsir kuntatt;
  • Indirizz elettroniku;
  • Qari tal-arloġġ;
  • Tagħrif dwar kontijiet;
  • Numru tal-kont u tal-arloġġ.

Aktar data tista’ tinġabar għal sitwazzjonijiet speċifiċi.

Tinġabar ukoll data personali ta’ persuni li joqogħdu fl-istess residenza/binja, persuni li jistgħu jipprovdu aċċess għar-residenza/binja u persuni li jispezzjonaw u/jew jiċċertifikaw l-installazzjonijiet tad-dawl u tal-ilma.

 

5. Kif nużaw id-data personali tiegħek?

Irrispettivament minn kif inkunu ġbarna l-informazzjoni personali tiegħek, nipproċessaw tali informazzjoni għal finijiet ta’ provvista tas-servizzi tad-dawl u tal-ilma u għall-iskopijiet li huma relatati magħhom, li jinkludu kull obbligazzjoni legali imposta fuqna.

 

Ġeneralment, waqt li nkunu qegħdin nipprovdulek is-servizz, id-data personali tiegħek tiġi pproċessata għal:

  • Investigazzjoni dwar ħsarat u tiswijiet;
  • Ispezzjonijiet;
  • Titjib/aġġornamenti tas-servizz pprovdut;
  • Kontijiet;
  • Talbiet għal servizz temporanju;
  • Notifiki dwar interruzzjonijiet;
  • Investigazzjoni ta’ pretensjonijiet;
  • Investigazzjoni dwar serq u frodi.

 

6. Bażi legali

Aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek fuq il-bażi legali sussegwenti:

• Id-dħul u l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt – bmod partikolari biex nipprovdulek is-servizzi li tixtieq mingħandna. Il-konsegwenza li ma jsirx dan l-ipproċessar tkun li ma nkunux nistgħu nonoraw il-kuntratt tagħna;

L-interessi leġittimi tagħna – b’mod partikolari interessi leġittimi li jistgħu jkunu marbuta direttament jew indirettament mas-servizzi pprovduti. Meta nipproċessaw id-data personali tiegħek fuq il-bażi tal-interessi leġittimi tagħna jew ta’ partijiet terzi, aħna niżguraw li dawn l-interessi leġittimi ma jkollhomx prevalenza fuq l-interessi, id-drittijiet u l-libertajiet tiegħek; u

• Konformità mal-obbligi legali imposti fuqna – b’mod partikolari obbligi imposti fuqna bħala riżultat tal-provvista tas-servizzi tal-ilma u tad-dawl li nipprovdulek.

Abbażi tal-interessi leġittimi tagħna jew konformità ma’ obbligi legali, kif applikabbli, nistgħu wkoll nipproċessaw id-data personali tiegħek bl-għan li nistabbilixxu, neżerċitaw jew niddefendu proċeduri legali.

 

Minħabba li aħna nipproċessaw id-data personali tiegħek bl-għan li nipprovdu s-servizz tal-ilma u tad-dawl fuq bażi nazzjonali, jista’ jkun hemm każijiet fejn nistgħu wkoll niddependu fuq l-interess pubbliku fl-ipproċessar tad-data tiegħek.

 

Aħna se niżguraw li jkollna raġunijiet validi u addizzjonali għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek f’każ li jkun hemm ħtieġa li nipproċessaw kategoriji speċjali ta’ data. Kun af li kategoriji speċjali tad-data personali jinkludu data li tiżvela l-oriġini tar-razza jew tal-etniċità tiegħek, fehmiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trejdunjons, data ġenetika, bijometrika jew marbuta mas-saħħa, orjentazzjoni sesswali u data rigward kundanni kriminali u reati jew miżuri ta’ sigurtà relatati. L-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali tad-data personali tiegħek mhux previst sakemm ma jkollniex raġuni biex nibdew/nistitwixxu proċedimenti jew investigazzjonijiet dwar s-serq tas-servizzi tagħna.

 

7. Riċevituri

Ir-riċevituri tad-data personali tiegħek huma:

• individwi magħżulin fi ħdan il-kumpaniji tagħna, fuq bażi ta’ ħtieġa ta’ għarfien;

• kwalunkwe entità li tgħinna nipprovdu s-servizzi tagħna, inklużi l-fornituri tas-servizzi tal-IT;

• Terzi persuni li jkollna niżvelaw l-informazzjoni magħhom b’riżultat tar-relazzjoni tagħna miegħek bħala klijent tagħna; u

• Terzi persuni li jista’ jkollna niżvelawlhom l-informazzjoni b’konsegwenza ta’ obbligi legali imposti fuqna. Aħna ma niżvelawx id-data personali tiegħek ma’ entitajiet li jinsabu barra mill-Unjoni Ewropea (UE) jew miż-Żona Ekonomika Ewropea (EEA).

 

8. Teħid ta’ deċiżjonijiet awtomatizzati u tfassil ta’ profili

Id-data personali tiegħek ma tintużax biex tittieħed deċiżjoni biss fuq il-bażi ta’ proċessi awtomatizzati, inkluż tfassil ta’ profili.

 

Fl-interess tat-trasparenza, ta’ min jinnota li aħna nużaw sistemi li jistgħu joħolqu profil fuqek. L-iskop ta’ sistemi bħal dawn hu li jiġi analizzat l-konsum tal-ilma u tad-dawl tiegħek biex niżguraw li tirċievi servizz ta’ kwalità. Dawn is-sistemi jistgħu jintużaw ukoll biex jiġi identifikat konsum mhux normali tal-ilma jew tad-dawl u attivitajiet irregolari. Ebda deċiżjoni awtomatizzata mhi se tirriżulta mill-użu ta’ dawn is-sistemi.

 

9. Iż-żamma ta’ data

Aħna nżommu d-data personali tiegħek biss għall-perjodu li matulu aħna legalment nistgħu nagħmlu dan. Mid-data tal-iskadenza l quddiem, id-data personali tiegħek tinqered immedjatament u b’mod irrevokabbli. Bħala riżultat tal-obbligi legali imposti fuqna, ġeneralment inżommu d-data personali tiegħek sa għaxar (10) snin mid-data tal-għeluq tal-fajl tiegħek mil-liema data int ma tibqax klijent tagħna. Jista’ jkollna interess leġittimu li nżommu d-data tiegħek għal perjodi itwal bħal meta d-data tiegħek hi meħtieġa għall-eżerċizzju jew għad-difiża ta’ pretensjonijiet legali.

 

10. Id-drittijiet tiegħek

Sakemm inkunu qegħdin inżommu d-data personali tiegħek, għandek għadd ta’ drittijiet marbuta mad-data personali tiegħek, kif elenkati hawnhekk:

 

• Id-dritt li taċċessa – għandek id-dritt li tivverifika d-data personali li nżommu dwarek u tirċievi kopja ta’ din id-data personali;

• Id-dritt li tħassar – f’ċerti ċirkostanzi tista’ titlob li nħassru d-data personali li għandna dwarek;

• Id-dritt li toġġezzjona –  għandek id-dritt li toġġezzjona u li titlob li nwaqqfu l-ipproċessar tad-data personali tiegħek fejn aħna niddependu fuq l-interessi leġittimi tagħna jew ta’ parti terza għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek jew ta’ kompitu mwettaq fl-interess pubbliku;

• Id-dritt għall-portabbiltà – tista’ titlob li nipprovdulek ċerta data personali li tajtna, f’format strutturat, li huwa komuni u li jinqara minn magna. Fejn teknikament fattibbli, tista’ wkoll titlob li nittrasmettu din id-data personali lill- kontrollur ta’ parti terza indikat minnek;

• Id-dritt għal rettifika – għandek id-dritt li taġġorna jew tikkoreġi kwalunkwe data personali mhux preċiża li nżommuk dwarek;

• Id-dritt għar-restrizzjoni – għandek id-dritt li titlob li nwaqqfu l-użu tad-data personali tiegħek f’ċerti ċirkostanzi inkluż jekk temmen li qegħdin nipproċessaw id-data personali tiegħek illegalment jew li d-data personali li għandna dwarek mhix eżatta;

• Id-dritt li tirtira l-kunsens tiegħek – fejn l-ipproċessar tagħna hu bbażat fuq il-kunsens tiegħek, għandek id-dritt li tirtira l-kunsens tiegħek. L-irtirar tal-kunsens tiegħek m’għandux jaffettwa l-legalità tal-ipproċessar ibbażat fuq il-kunsens tiegħek qabel l-irtirar tal-kunsens; u

• Id-dritt li tkun infurmat dwar is-sors – fejn id-data personali li għandna dwarek ma ġietx ipprovduta lilna direttament minnek, jista’ jkollok ukoll id-dritt li tkun infurmat dwar is-sors li minnu toriġina d-data personali tiegħek.

 

Jekk beħsiebek teżerċita wieħed jew aktar mid-drittijiet tiegħek, għandek tavviċina lill-Enemalta jew lill-WSC, skont jekk il-kwistjoni tkunx relatata mas-servizz tal-ilma jew tad-dawl. Għandek tavviċina liż-żewġ entitajiet jekk il-kwistjoni tirrigwarda kemm is-servizz tal-ilma kif ukoll tad-dawl.

Tista’ wkoll tikkuntattja lil ARMS Ltd li se tidderieġi t-talba tiegħek lil Enemalta jew lil WSC skont kif applikabbli.

 

Kun af li minħabba li aħna kontrolluri konġunti tad-data tiegħek, tista’ teżerċita d-drittijiet tiegħek fir-rigward ta’ u kontra kull wieħed mill-Enemalta u mill-WSC b’mod konġunt jew ARMS Ltd bħala proċessur. Fil-każ tal-aħħar, ARMS Ltd, mingħajr dewmien żejjed, tinforma lil Enemalta u/jew lil WSC, skont il-każ.

 

Mhux se tintalab tħallas xi miżata biex tingħata aċċess għad-data personali tiegħek (jew biex teżerċita xi drittijiet oħra speċifikati hawn fuq). Madankollu, nistgħu nitolbu miżata raġonevoli kemm-il darba t-talba tiegħek tkun waħda manifestament bla bażi, ripetittiva jew eċċessiva. Bħala alternattiva, f’dawn iċ-ċirkostanzi, inżommu d-dritt li nirrifjutaw li nilqgħu t-talba tiegħek.

 

Nistgħu nitolbu informazzjoni speċifika mingħandek biex tgħinna nikkonfermaw l-identità tiegħek u niżguraw d-dritt tiegħek li jkollok aċċess għad-data personali tiegħek (jew li teżerċita kwalunkwe dritt ieħor tiegħek). Din hi miżura ta’ sigurtà bl-għan li tiżgura li data personali ma tiġix żvelata lil persuni li m’għandhomx id-dritt li jirċevuha. Biex jitħaffef ir-rispons tagħna, nistgħu wkoll nikkuntattjawk biex nitolbuk għal aktar informazzjoni dwar it-talba tiegħek.

 

11. Is-sigurtà taż-żamma tad-data tiegħek

Aħna kburin li nżommu d-data tiegħek sigura u se nieħdu l-miżuri tekniċi u organizzattivi inħarsu d-data tiegħek kontra pproċessar mhux awtorizzat jew illegali, inkluż kontra telf, qerda, ħażna jew aċċess aċċidentali. Id-data personali tiegħek tinżamm f’fajls tal-karti jew b’mod elettroniku fuq is-sistemi tat-teknoloġija tagħna jew fuq is-sistemi tat-teknoloġija tal-fornituri tal-IT tagħna.

 

12. Ilmenti

Jekk għandek xi lmenti dwar l-ipproċessar tad-data personali tiegħek, int ġentilment mitlub tikkuntattjana jew tikkuntattja lill-Uffiċjali tal-Protezzjoni tad-Data tagħna fuq id-dettalji indikati aktar ’il fuq. Għandek ukoll id-dritt li tippreżenta lment mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data f’Malta (www.idpc.gov.mt).

 

Enemalta GDPR Avviz dwar il privatezza  -  Link

WSC  GDPR  Avviz dwar il privatezza  - Link