Home
  • Home
  • Payments
    • Payments
    • My payments
    • Quick pay
    • Pay on account
  • Services
    • Bills
    • My bills
    • Unpaid bills
    • Bill calculator
    • Consumptions and readings
    • My Consumption
    • My readings
    • Submit my readings
    • Up to date bills
    • Apply for a service
    • Applications
  • Information
    • Water and electricity
    • Tariff prices
    • Our company
    • About us
    • Quality Service Charter
    • Partners
    • Procurement
  • Help & Support
    • Help
    • Manuals & tutorials
    • FAQs
    • Single Digital Gateway
    • Support
    • Technical support
    • Contact us
    • Contact us
    • Book an Appointment - Cashier
    • Book an Appointment - Customer Care
    • Book an Appointment - Debt Management
    • Book an Appointment - Legal Office
Cashier
Customer Care
Debt Management
Legal Department
Join Us Login

Menu

  • Home
  • Payments
    • Payments
    • My payments
    • Quick pay
    • Pay on account
  • Services
    • Bills
    • My bills
    • Unpaid bills
    • Bill calculator
    • Consumptions and readings
    • My Consumption
    • My readings
    • Submit my readings
    • Up to date bills
    • Apply for a service
    • Applications
  • Information
    • Water and electricity
    • Tariff prices
    • Our company
    • About us
    • Quality Service Charter
    • Partners
    • Procurement
  • Help & Support
    • Help
    • Manuals & tutorials
    • FAQs
    • Single Digital Gateway
    • Support
    • Technical support
    • Contact us
    • Contact us
    • Book an Appointment - Cashier
    • Book an Appointment - Customer Care
    • Book an Appointment - Debt Management
    • Book an Appointment - Legal Office
Login

FAQs

Għażla ta’ suġġetti popolari li jistgħu jkunu t’għajnuna bil-mistoqsijiet tiegħek

  • Home
  • ghajnuna u sapport
  • ghajnuna
  • FAQs

SUĠĠETTI

  • Pagamenti Ex-gratia
  • Ex-Gratia Ghal Non-Residential (Kummercjali)
  • Aġġustament fil-kontijiet
  • Arloġġi u qari
  • Kontijiet u pagamenti
  • Il-kontijiet tiegħi
  • Applikazzjoni għal servizzi
  • Is-servizzi tiegħi
  • Oħrajn

MISTOQSIJIET U TWEĠIBIET

Pagamenti Ex-gratia

01. X’inhu ‘residential account’?

Kont imsejjaħ “residenzjali” jkun fuq ir-residenza primarja tal-konsumatur fejn ikun hemm ukoll persuni reġistrati fuq il-kont għal fini ta’ sussidju. Dawn jibbenefikaw minn tariffi residenzjali.

02. X’inhi d-definizzjoni ta’ ‘domestic account’?

Kont imsejjaħ “domestiku” jkun fuq fond li jinkludi abitazzjonijiet privati mingħajr persuni rreġistrati mal-operatur tas-sistema ta’ distribuzzjoni bħala residenti fihom, bħar-residenza sekondarja, jew garaxxijiet privati, u żoni komuni inklużi soqfa, taraġ, terrazzi u ġonna li jintużaw biss għal abitazzjonijiet privati;  Dawn jibbenefikaw minn tariffi domestiċi.

03. Min hu eliġibbli għall-iskema ta' ħlas ex-gratia?

Kull detentur ta' kont residenzjali li esperjenza qtugħ tal-provissta tal-elettriku matul il-mewġa ta' sħana u dam sitt sigħat jew aktar huwa eliġibbli għall-ħlas ex-gratia.  In-numru ta' sigħat huwa kumulattiv.

04. Kif se jingħata l-pagament ex-gratia?

Il-ħlas ex-gratia se jitnaqqas mill-kont tad-dawl u l-ilma li jmiss, maħruġ minn ARMS Ltd.

Se jidher hekk fil-kont:

 

05. X’inhuma l-bands u l-ammonti ekkwivalenti?

 

It-tul totali tal-interruzzjoni

 

Kumpens skont il-konsum medju fix-xahar

 

 

minn 6 sa 8 sigħat

 

 

€60

 

aktar minn 8 sa 12-il siegħa

 

 

€70

 

aktar minn 12 sa 24 siegħa

 

 

€80

 

akar minn 24 sa 36 siegħa

 

 

€90

 

aktar minn 36 sa 48 siegħa

 

 

€100

 

aktar minn 48 siegħa

 

€110

 

06. X’jigri jekk klijent ma jirciviex ittra tal-pagament ex-gratia jew il-pagament innifsu?

Jekk id-detentur tal-kont dam aktar minn sitt sigħat mingħajr dawl, u ma rċeviex l-ittra li tinfurmah dwar il-ħlas awtomatizzat jew il-ħlas innifsu, allura trid imtela l-applikazzjoni sabiex il-każ jiġi investigat.  Il-każ jiġi investigat sa żmien tliet xhur minn mindu l-applikazzjoni tiġi sottomessa.

07. Nista' napplika aktar minn darba fuq l-istess kont?

Le. Tista' tapplika darba biss fuq l-istess kont u telenka l-qtugħ kollu mġarrab matul il-perjodu fl-istess applikazzjoni.

08. Hemm limitu fuq in-numru ta' kontijiet li wieħed jista' japplika għall-ħlas ex-gratia?

Għalkemm m’hemm l-ebda limitu, l-għajnuna tingħata biss fuq kontijiet affetwati.

09. X’jigri jekk klijent ma jaqbilx mal-ammont?

Jekk il-konsumatur ma jaqbilx mal-ammont ta' sigħat koperti mingħajr elettriku, f’dan il-każ trid timtela l-applikazzjoni. Madanakollu il-pagament ex-gratia huwa dak stipulat.

10. Kif inħadem l-ammont?

Il-pagament ex-gratia huwa stipulat u jiżdied skont is-sigħat li kien hemm tal-interuzzjoni tad-dawl. Erġa rreferi għat-tabella t’hawn fuq

11. Fejn se tkun disponsibbli l-formola tal-applikazzjoni?

Se tkun disponibbli fuq il-link  

https://exgratiapayment.enemalta.com.mt/

12. X’għandhom bżonn idaħħlu fil-formola tal-applikazzjoni?

Biex timtela l-applikazzjoni trid tipprovdi l-informazzjoni li ġejja

 

    • Numru tal-kont tad-dawl ta' fejn seħħ il-qtugħ tal-elettriku
    • Indirizz ta' fejn seħħ il-qtugħ tal-elettriku
    • Numru tal-karta tal-identità tad-detentur tal-kont
    • Numru tal-mowbajl biex tirċievi feedback dwar il-proċess tal-applikazzjoni
    • Id-data u l-ħin minn meta kien hemm l-interruzzjoni tad-dawl, sad-data u l-ħin sakemm il-provvista tal-elettriku ġiet lura.
13. X’inhu l-helpline?

In-numru hu : 153/Ext15

14. X’inhu l-indirizz elettroniku ta’ fejn jistghu jibghatu email ?

L-indirizz elettroniku hu creditquery@arms.com.mt

15. Tista' persuna tissottometti l-applikazzjoni jekk mhix id-detentur tal-kont?

Iva, madankollu d-dettalji kollha (hekk kif elenkat fin-numru 12) għandhom jiġu sottomessi, inkluż in-numru tal-karta tal-identità tal-persuna li qed tapplika.

Il-ħlas ex-gratia dejjem se jitnaqqas mill-kont tad-dawl indikat.

16. X'jiġri jekk il-klijent ma jkunx jista' jissottometti l-applikazzjoni online?

Il-klijent jista’ jċempel fuq 153/Ext15 fejn hemmhekk jiġi mgħejjun bl-applikazzjoni.

17. X'jiġri wara li l-klijent japplika?

Immedjatament tirċievi SMS biex nikkonfermaw li rċivejna t-talba tiegħek. It-talba mbagħad tiġi investigata sabiex nikkonfermaw jekk intix intitolat għall-ħlas ex-gratia. Eventwalment, ser tirċievi SMS ieħor biex ninfurmawk jekk intix eliġibbli jew le, u jekk inti eliġibbli tiġi kkreditat l-ammont fuq il-kont li jmiss tiegħek.

18. X’jaghmel min għandu ilment fuq ħsarat oħra fil-perjodu indikat?

F'dan il-każ, il-konsumaturi għandhom jikkuntattjaw lill-Enemalta plc: creditquery@arms.com.mt / 153/Ext15.

19. Kemm iddum biex tigi pproċessata claim for damages rigward ħsarat oħra?

Kull talba tiġi investigata fuq bażi ta' każ b'każ u tittieħed deċiżjoni wara evalwazzjoni bir-reqqa tad-dokumentazzjoni u evidenza kollha disponibbli, f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli.

20. Tista’ issir talba rigward danni fuq prodotti tal-ikel?

Talbiet ta' danni fuq prodotti li jeħtieġ ikunu f'temperatura kkontrollata biex ma jitħassrux m’humiex ikkunsidrati.

21. X’jiġri jekk persuna tilmenta wara li tiġi infurmata li mhix eliġibbli rigward ħsarat oħra?

F'dan il-każ, il-konsumaturi għandhom jikkuntattjaw lill-Enemalta plc: creditquery@arms.com.mt / 153/Ext15.

22. Għal min jilmenta li jrid kumpens ghal affarijiet bħal – li ma setax juża lift?

Il-pagament ex gratia huwa għajnuna ta’ darba mill-Gvern.

Ex-Gratia Ghal Non-Residential (Kummercjali)

01. Min hu eliġibbli għall-iskema ta' ħlas ex-gratia?

Kull sid ta' kont 'non-residential‘ li esperjenza qtugħ tal-provvista tal-elettriku matul il-mewġa ta' sħana u  dam sitt sigħat jew aktar huwa eliġibbli għall-ħlas ex-gratia.  In-numru ta' sigħat jista’jkun kumulattiv.

02. Kif se jingħata l-pagament ex-gratia?

Il-ħlas ex-gratia se jitnaqqas mill-kont tad-dawl u l-ilma li jmiss, maħruġ minn ARMS Ltd, fil-perjodu li jmiss.

03. X’inhuma l- meded (bands) u l-ammonti ekwivalenti?

 

minn 6 sigħat sa 8 sigħat

 

100% tal-medja (average) ta’ xahar maħduma fuq ix-xhur ta Lulju u Awwissu 2026

 

iktar minn 8 sigħat sa 12 il siegħa

 

120% tal-medja (average) ta’ xahar maħduma fuq ix-xhur ta Lulju u Awwissu 2026

 

iktar minn 12 sigħat sa 24 il siegħa

 

140% tal-medja (average) ta’ xahar maħduma fuq ix-xhur ta Lulju u Awwissu 2026

 

iktar minn 24 sigħat sa 36 il siegħa

 

160% tal-medja (average) ta’ xahar maħduma fuq ix-xhur ta Lulju u Awwissu 2026

 

iktar minn 36  sigħat sa 48 il siegħa

 

180% tal-medja (average) ta’ xahar maħduma fuq ix-xhur ta Lulju u Awwissu 2026

Iktar minn 48 sigħa

200% tal-medja (average) ta’ xahar maħduma fuq ix-xhur ta Lulju u Awwissu 2026

04. What happens if a customer has not received an ex-gratia payment letter?

If the owner of the account that lasted more than six hours without power did not received the letter about the automated payment of the ex-gratia payment, the owner must fill out the application so that the case can be investigated.

05. Nista' napplika aktar minn darba fuq l-istess kont?

Le. Tista' tapplika darba biss fuq l-istess kont u telenka l-qtugħ kollu mġarrab matul il-perjodu fl-istess applikazzjoni.

06. Hemm limitu fuq in-numru ta' kontijiet li wieħed jista' japplika għall-ħlas ex-gratia?

Le, m'hemm l-ebda limitu fuq in-numru ta' kontijiet li wieħed jista' japplika għalihom. Tista' tapplika darba waħda biss fuq l-istess kont.

07. X’jigri jekk ma naqbilx mal-ammont mgħoti?

Jekk il-konsumatur ma jaqbilx mal-ammont ta' sigħat koperti mingħajr elettriku, f’dan il-każ trid timtela l-applikazzjoni.

 

Madankollu, jekk il-konsumatur ma jaqbilx mal-ammont tal-ħlas ex-gratia u s-sigħat huma korretti, il-konsumatur għandu jiġi infurmat li l-pagament ta’ ex-gratia huwa dak li hu stipulat.

08. Minn meta jistgħu jibdew japplikaw?

L-applikazzjonjiet jinfethu kif jircievu l-ittra.

09. Fejn se tkun disponibbli l-formola tal-applikazzjoni?

Se tkun disponibbli fuq il-link: electricitypayment.maltaenterprise.com

10. X’għandhom bżonn biex jimlew fil-formola tal-applikazzjoni?

Biex timtela l-applikazzjoni trid tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

    • Numru tal-kont tad-dawl ta' fejn seħħ il-qtugħ tal-elettriku
    • Indirizz ta' fejn seħħ il-qtugħ tal-elettriku
    • Numru tal-karta tal-identità tas-sid tal-kont
    • Numru tal-mowbajl
    • It-total ta’ siegħat ta l-interruzzjonijiet kumulattivi
11. Nista’ jissottometti l-applikazzjoni jekk m'iniex is-sid tal-kont?

Iva, madankollu d-dettalji kollha (hekk kif elenkat fin-numru 10) għandhom jiġu sottomessi, inkluż in-numru tal-karta tal-identità tal-persuna li huwa sid il-kont. Il-ħlas ex-gratia dejjem se jitnaqqas mill-kont tad-dawl indikattiv.

12. X'jiġri jekk il-klijent ma jkunx jista' jissottometti l-applikazzjoni online?

Call Centres (Centremcom / ARMS / Business First / Enemalta) għandhom jassistu billi jirreġistraw id-dettalji tal-klijent minn naħa tagħhom.

13. X’inhu n-numru ta’ fejn jistghu icemplu min ma jkunx jista' jissottometti l-applikazzjoni online?

In-numru hu 153/est15

14. X’inhu l-indirizz elettroniku ta’ fejn jistgħu jibgħatu email ?

L-indirizz elettroniku hu: creditquery@arms.com.mt

15. X'se jiġri wara li napplika?

Immedjatament tirċievi email ta konferma li t-talba tiegħek ġiet sottomessa. It-talba mbagħad tiġi investigata mil-Enemalta sabiex jikkonfermaw jekk intix intitolat għall-ħlas ex-gratia. Eventwalment, ser tirċievi email ieħor biex ninfurmawk jekk intix eliġibbli jew le, u jekk inti eliġibbli tiġi akkreditat l-ammont fuq il-kont tal- ARMS li jmiss tiegħek.

Aġġustament fil-kontijiet

• X’inhi il-korrezzjoni (adjustment) li qed tidher fuq il-kont tiegħi?

Din il-korrezzjoni turi in-numru ta’ units tad-dawl u ilma li int ma użajtx f’kull faxxa, u b’hekk se tiffranka fuqhom. In-numru qed jiġi kkalkulat fuq bażi pro rata, u jidher bħala flus fil-forma ta’ kreditu.

• Liema kontijiet ser jiġu milquta b’dan it-tibdil?

Ser jiġu milquta kontijiet domestiċi u residenzjali biss.

• Għaliex il-kreditu jista’ jkun li ġie żgħir ħafna?

L-ammont li inti qed tingħata lura bħala kreditu jirrifletti il-konsum tiegħek f’kull faxxa, u kemm frankajt f’kull faxxa bil-bidliet li qed isiru.  Dan ifisser li tkun użajt l-ammont li kont intitolat għalih fil-faxex ta’ qabel.

 

Per eżempju, jekk il-konsum tiegħek qatt ma kien iktar minn dak li int kont intitolat/a għalih fl-irħas faxxa, inti kont ħallast il-kontijiet kollha li kellek sa issa diġa bl-irħas rata, u għaldaqstant ma jkun hemm bżonn isir ebda tibdil.

• Il-għala qed jingħataw issa dawn il-krediti fuq il-kontijiet?

Dawn il-krediti jirriflettu id-dispożizzjonijiet tal-Avviżi Legali No 243 (Ilma) & 244 (Dawl) tas- 7 ta’ Ottubru 2022, pero’ b’effett mill- 1 ta’ Jannar 2022.

• Il-konsum tal-pannelli PV ser jintlaqat?

Le. Il-konsum tal-pannelli PV mhux ser jintlaqat.

• Dawn il-bidliet ser jolqtu kemm il-konsum tad-dawl kif ukoll tal-ilma?

Iva. F’kull kont, il-korrezzjoni għall-ilma u l-korrezzjoni għad-dawl ser jinħadmu separatament. 

• Se tiġi milquta l-Eko-Riduzzjoni?

Le. Il-kalkoli qed isiru biss fuq il-konsum.

Arloġġi u qari

01. X’inhu smart meter? X’għandu differenti mill-arloġġ attwali?

L-ismart meter tad-dawl hu arloġġ avvanzat li kapaċi jaħżen l-informazzjoni (pereżempju l-qari tal-konsum) u jittrażmetti d-data lis-sistema ċentrali permezz ta’ netwerk. Jista’ wkoll jirċievi ordnijiet mill-bogħod. L-arloġġ li għandek bħalissa ma jippermettix li jsir dan. F’każ tal-arloġġ tad-dawl attwali, il-konsum irid jinqara b’mod manwali u ma hemmx komunikazzjoni ma’ jew mis-sistema ċentrali.

02. Kemm hemm tipi ta’ smart meters?

Hemm tliet tipi ta’ smart meters, li huma: 
• GISM, li hu single phase (230v); 
• GIST
, li hu three phase (3* 230/400v); 
• GISS, li hu arloġġ installat f’każ ta’ konsum ta’ ħafna enerġija.

03. Kif nista’ nkun naf liema tip ta’ smart meter għandi installat?

Kull arloġġ għandu GIST, GISM jew GISS stampata fuq ix-xellug tad-display tiegħu.

04. X’inhuma l-qisien tal-ismart meters?

Il-qisien tal-arloġġi huma:

• GISM single phase 224 x 148 x 105 mm;

• GIST three phase 224 x 148 x 107,5 mm;

• GISS arloġġ għal konsum ta’ ħafna enerġija 290 x 225 x 129,2 mm.

Il-kaxxa tas-servizz li għandek bħalissa (imqabbda mal-qiegħ tal-arloġġ) għandha tinżamm għalhekk għandha tiġi kkunsidrata meta qed tqis kemm għandek bżonn spazju.

05. Għaliex hemm salvavita fuq l-arloġġ?

Is-salvavita tikkontrolla u tillimita l-provvista li qed tiġi pprovduta lill-arloġġ.

06. L-ismart meter jirreżisti n-nar?

Iva.

07. L-ismart meter hu apparat silenzjuż?

Iva.

08. L-arloġġ il-ġdid għandu xi kontrolli pprogrammati?

Iva. Il-limitu tal-provvista tal-elettriku jista’ jiġi programmat u mibdul mill-bogħod, kif ukoll il-limiti fuq il-konsum biex jippermettu s-servizzi ta’ ħlas bil-quddiem. Il-limiti programmati fl-arloġġ huma skont il-ftehim li jkun sar minn qabel.

09. Kif jaħdem l-arloġġ? Hemm bżonn li nipprogrammah?

L-arloġġ tiegħek ma jeħtieġ ebda pprogrammar. Dawn l-operazzjonijiet jsiru mill-bogħod u int m’għandekx għalfejn tipprogrammah. Madankollu, nipprovdulek ktejjeb tal-użu f’każ ta’ ħtieġa ta’ referenza fil-futur. Tista’ tniżżel aktar dettalji u istruzzjonijiet mill-websajt www.arms.com.mt jew billi tagħmel kuntatt ma’ wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna fuq in-numru freephone 8007 2222

10. Min hu s-sid tal-ismart meter?

Il-Korporazzjoni Enemalta

11. L-ismart meter jaffettwa persuni li jużaw pacemaker jew tagħmir simili?

Le, dan l-apparat mhux se jkollu effett fuq persuni li jużaw pacemaker jew apparat simili.

12. Jekk neħtieġ aktar informazzjoni dwar l-arloġġ il-ġdid, lil min għandi nikkuntattja?

Tista’ tagħmel kuntatt mas-Servizz ta’ Assistenza fuq in-numru freephone 8007 2222.

13. Se nkun nista’ naqra l-arloġġi tad-dawl u tal-ilma jien stess?

Iva, biex taqra l-ismart meters kulma trid tagħmel hu li taqra l-figuri fuq id-display tal-LED ċentrali. Biex tara l-konsum tal-arloġġ tal-ilma għandek taqra l-arloġġ mix-xellug għal-lemin. Aqra biss iċ-ċifri suwed filwaqt li injora dawk ħomor.

14. X’ifissru l-bozoz iteptpu fuq l-arloġġ?

L-LEDs iteptpu jindikaw ir-rata tal-konsum tad-dawl.

15. X’jiġri jekk nipprova nneħħi l-arloġġ mis-sokit tiegħu, jew jekk nipprova nbagħbsu bi kwalunkwe mod?

L-ismart meter hu mgħammar b’sensors u allarms u jirrekordja tentattivi bħal dawn u jista’ saħansitra jintefa. L-entitajiet li jipprovdu s-servizzi jiġu mgħarrfa b’mod awtomatiku bi kwalunkwe tentattiv bħal dan. Azzjoni simili hi waħda illegali u tista’ twassal għal teħid ta’ passi legali ċivili kif ukoll kriminali kontra sid il-kont.

16. X’jiġri jekk nitfi s-salvavita (l-iswiċċ l-iswed)?

Il-provvista tal-elettriku tinqata’.

17. X’qiegħed jiġi installat mal-arloġġ tal-ilma?

Dan hu apparat li jaħdem permezz ta’ frekwenza tar-radju li awtomatikament jittrażmetti l-qari tal-arloġġ tiegħek lill-uffiċċji tagħna.

Ladarba jkun ġie installat, il-kontijiet tiegħek se jinħarġu abbażi ta’ qari attwali u ma jkunx hemm ħtieġa ta’ żjara tal-qarrej tal-arloġġ.

18. L-apparat RF jaħli d-dawl?

Le. Jaħdem permezz ta’ batterija.

19. L-RF Module hu ta’ riskju għas-saħħa?

Le. Fil-fatt l-RF Module jittrażmetti ħafna anqas enerġija minn mowbajl.

20. X’inhu d-daqs tal-apparat RF?

L-apparat għandu daqs ta’ 100 x 125 x 113mm.

21. Fuq liema frekwenza jaħdem l-apparat RF?

Jaħdem fuq il-frekwenza 169MHz.

22. L-RF Module jirreżisti l-ilma?

Iva.

23. Min hu s-sid tal-RF Module?

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

24. Jekk neħtieġ aktar informazzjoni dwar l-RF Module, lil min nista’ nikkuntattja?

Tista’ tikkuntattja wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur fuq in-numru freephone 8007 2222.

25. X’jiġri jekk nipprova naqla’ l-wajer minn mal-arloġġ tal-ilma jew minn mal-RF Module?

Biex tagħmel dan trid tikser siġill u b’hekk twettaq azzjoni illegali li hi meqjusa bħala tbagħbis tal-arloġġ.

26. X’jiġri jekk naqta’ l-wajer li jqabbad l-RF Module mal-arloġġ tal-ilma?

Il-qtugħ tal-wajer ta’ konnessjoni, jew kwalunkwe azzjoni simili, hi kkunsidrata bħala tbagħbis tal-arloġġ. F’ċirkustanzi bħal dawn min qed jipprovdi s-servizz ikun notifikat permezz ta’ allarm. Azzjoni simili hi illegali u tista’ twassal għal azzjoni legali ċivili kif ukoll kriminali kontra sid il-kont.

27. L-arloġġ tal-ilma li għandi hu miksi b’kaxxa tal-metall. Xorta waħda se jaħdem?

Iva.

28. Il-frekwenza tar-radju tas-sistema AMM taffettwa l-Wi-Fi, apparat bla wajer jew tagħmir ieħor fid-dar?

Dan m’għandux ikun il-każ. Dan l-apparat juża frekwenza tar-radju b’enerġija baxxa ħafna u m’għandux ikun hemm interferenzi min-naħa tiegħu ma’ apparat elettroniku ieħor.

29. Il-frekwenza tar-radju tas-sistema AMM toħloq konflitt ma’ frekwenzi oħra użati minn xi dilettanti (radio amateurs)?

Le.

30. Iż-żjarat mill-qarrej tal-arloġġ xorta se jibqgħu jsiru ladarba l-ismart meter jiġi installat?

Il-qarrej tal-arloġġ jibqa’ jagħmel iż-żjarat wara li l-ismart meter jiġi installat sakemm dan jitqabbad man-netwerk nazzjonali. Dan ix-xogħol, magħruf bħala kummissjonar, jista’ jieħu minn ftit ġimgħat sa ftit xhur, skont il-kundizzjonijiet tekniċi u loġistiċi. Ladarba l-proċess jitlesta, il-qarrej tal-arloġġ ma jibqax iżur il-post tiegħek b’mod regolari. Żjara ta’ qarrej tal-arloġġ jew ta’ persuna teknika tkun meħtieġa biss f’każijiet eċċezzjonali, bħal, tiswijiet, bdil, ispezzjonijiet jew tneħħija tal-ismart meter.

31. Ladarba l-arloġġi l-ġodda u l-apparat kollu meħtieġ jiġu installati, il-kontijiet kollha se jkunu maħruġa abbażi ta’ qari attwali?

L-ewwel nett, l-ismart meter irid jiġi installat u l-arloġġ tal-ilma jrid jiġi addattat permezz tal-apparat RF. Wara, meta jkunu saru biżżejjed installazzjonijiet fiż-żona tiegħek, l-entitajiet li jipprovdu s-servizzi se jistabbilixxu komunikazzjoni permanenti u mill-bogħod mal-ismart meter tiegħek. Il-perjodu bejn l-installazzjoni tal-arloġġ u l-komunikazzjoni permanenti tal-arloġġ mas-sistema ċentrali jista’ jieħu bejn 4 ġimgħat u 3 xhur, skont iż-żona. Ladarba dan iseħħ, l-entitajiet li jipprovdu s-servizzi javżawk permezz ta’ ittra bil-posta li l-qari tiegħek issa jista’ jsir mill-bogħod, u minn hemm ’il quddiem, il-kontijiet tiegħek se jinħarġu dejjem abbażi ta’ qari attwali.

32. Jekk għandi smart meter, dan se jaffettwa l-kont tiegħi?

Ladarba l-ismart meter jiġi installat u attivat mill-entitajiet li jipprovdu s-servizzi, se tirċievi l-kontijiet kollha ta’ kull xahrejn abbażi ta’ qari attwali u ma jkollokx għaliex tistenna aktar iż-żjara tal-qarrej tal-arloġġ. 

33. Mistenni nċempel u nissottometti l-qari?

Ċempel biex tissottometti l-qari biss jekk tirċievi  nota li żarek il-qarrej tal-arloġġ ta’ ARMS Ltd, liema nota titlob li ċċempel fi żmien 5 ijiem minn din iż-żjara. Jekk ma tirċevix din in-nota, m’hemmx bżonn ċċempel u tagħtina l-qari tiegħek. Dan ifisser li ARMS Ltd kisbet il-qari tiegħek mill-bogħod jew li l-qarrej tal-arloġġ ġa kiseb qari uffiċjali.

Kontijiet u pagamenti

01. In-numru tal-kont tiegħi nbidel? Dan kif se jaffettwani?

Mill-1 ta’ Jannar 2010 n-numru tal-kont tiegħek inbidel. Id-dettalji tal-konsumatur u l-bilanċi ma ġewx affettwati b’din il-bidla. Irreferi għan-numru tal-kont il-ġdid tiegħek meta ċċemplilna. Il-bdil hu indikat b’mod ċar fuq l-ewwel kont li tkun irċevejt fl-2010.

02. Ħallast il-kont bil-posta iżda ma rċevejtx irċevuta. Kif nista’ niċċekkja jekk il-pagament ġiex reġistrat?

Mill-1 ta’ Jannar 2010 tingħata biss irċevuta tal-kont jekk tmur tħallsu fiċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna. Madankollu l-pagament se jidher fuq il-kont li jmissek tirċievi fis-sezzjoni tar-Rendikont tal-Ħlas tiegħek.

03. Qed inħallas l-imgħax fuq il-kont tiegħi? Kif qed jiġi kkalkulat?

Mill-1 ta’ Jannar 2010, imgħax ta’ 6% fis-sena se jiġi impost fuq bilanċi pendenti għal aktar minn 45 jum mid-data tal-fattura. L-imgħax fuq bilanċi pendenti se jiġi impost fi tliet każijiet:

(1) kemm-il darba l-kont jinħareġ fuq qari attwali;

(2) kemm-il darba l-kont jinħareġ fuq qari pprovdut mill-konsumatur, jew;

(3) kemm-il darba l-kont jkun wieħed biannwali (darbtejn fis-sena), jiġifieri jkun inħareġ wara żjara mill-qarrej tal-arloġġ. Fit-tielet każ, l-imgħax xorta jiġi impost għalkemm il-kont ikun inħareġ fuq qari abbażi ta’ stima minħabba li ma jkunx hemm aċċess għall-arloġġ/i tad-dawl u/jew tal-ilma. L-imgħax fuq pagamenti li jsiru tard ikun ikkalkulati minn 15-il jum wara d-data tal-fattura. L-imgħax japplika biss għal fatturi mhux imħallsa li nħarġu wara l-31 ta’ Diċembru 2009. Il-Kumpanija tista’ tissospendi s-servizzi tiegħek jekk il-kontijiet jibqgħu ma jitħallsux. F’każ ta’ sospensjoni tas-servizz, japplika ħlas skont ir-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Elettriku u r-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Ilma.

04. Jekk qed nikkontesta kont, xorta waħda jintalab l-imgħax fuq l-ammonti pendenti li qed jiġu kkontestati?

Jekk hemm bażi fuq xiex tista’ tikkontesta kont, ebda mgħax ma jiġi impost.

05. Kif tiġi kkalkulata l-ekoreduzzjoni?

L-ekoreduzzjoni tiegħek tiġi kkalkulata fuq in-numru ta’ konsumaturi reġistrati fuq il-kont. Jekk il-kont tad-dawl tiegħek għandu konsumatur wieħed reġistrat u int tikkonsma anqas minn 2000 unit ta’ dawl fis-sena, japplika tnaqqis ta’ 25% fuq il-kont tad-dawl tiegħek. Għal residenzi b’aktar minn persuna waħda reġistrata fuq il-kont tagħhom, u fejn il-konsum ikun inqas minn 1,750 unit għal kull persuna, japplika tnaqqis ta’ 25% għal kull persuna fuq l-ewwel 1,000 unit u tnaqqis ta’ 15% għal kull persuna fuq is-750 unit li jifdal.

06. Xi jfisser “In-numru ta’ persuni” reġistrati fuq il-kont tiegħi?

In-numru ta’ persuni li jgħixu f’post għandhom ikunu reġistrati fuq il-kont tal-ħlas li jirreferi għal dak il-post. Din l-informazzjoni tidher fuq nett, fuq in-naħa tal-lemin tal-kont tad-dawl u tal-ilma tiegħek. Din l-informazzjoni se taffettwa r-rati tal-ħlas tiegħek hekk kif rati differenti japplikaw skont in-numru ta’ persuni li jgħixu f’dak il-post. Kun af li skont ir-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Elettriku, l-istess persuna tista’ biss tittrasferixxi r-reġistrazzjoni tagħha minn post għal ieħor darba fis-sena. Kwalunkwe bidla oħra tidħol fis-seħħ is-sena ta’ wara. Barra minn dan, f’każ ta’ bidliet li jintalbu wara l-1 ta’ Novembru ta’ sena partikolari, dawn jidħlu fis-seħħ is-sena ta’ wara. Niżżel l-applikazzjoni minn hawn u ssottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna.

07. Nixtieq nistaqsi dwar in-numru ta’ persuni reġistrati fuq il-kont tiegħi. Kif nista’ nagħmel?

Din l-informazzjoni tidher fuq nett, fuq in-naħa tal-lemin tal-kont tad-dawl u tal-ilma tiegħek. Għal aktar informazzjoni tista’ tagħmel kuntatt maċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur fuq in-numru freephone 8007 2222, jew billi tara d-dettalji tal-kont tiegħek hawn.

08. In-numru ta’ persuni reġistrati fuq il-kont tiegħi mhux korrett. Kif nista’ naġġornah?

Tista’ tniżżel il-formola minn hawn, timlieha u tissottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna. Tista’ wkoll tibgħatha emejl fuq customercare@arms.com.mt jew bil-posta lil ARMS Ltd, P.O. Box 63, Il-Marsa, MRS 1000, Malta.

09. Qed nirċievi ħafna kontijiet ikkalkulati fuq numru ta’ persuni reġistrati mhux korrett. Dawn il-kontijiet jistgħu jiġu riveduti minħabba din ir-raġuni meta naġġorna dan in-numru ta’ persuni?

Sakemm ma tkunx ġa għarraftna li hemm ħtieġa ta’ bidla fin-numru ta’ persuni, is-sussidju japplika biss għal kontijiet maħruġa wara d-data tal-aġġornament.

10. Tista’ persuna tkun reġistrata fuq aktar minn kont wieħed?

Persuna tista’ tkun sid ta’ aktar minn kont wieħed, madankollu tista’ tibbenifika mis-sussidju tan-“numru ta’ persuni” fuq kont wieħed biss.

11. X’jiġri lis-sussidju tiegħi fuq “in-numru ta’ persuni” jekk nipprova nirreġistra persuna fuq aktar minn kont wieħed?

Meta tirreġistra persuna għal sussidju fuq il-kont, is-sistema tagħna awtomatikament tneħħi r-reġistrazzjoni ta’ dik il-persuna minn fuq il-kont li kienet fuqu qabel (sakemm ma tkunx l-ewwel darba li l-persuna ġiet reġistrata, bħalma hu l-każ għal tfal li għadhom kif twieldu). Għalhekk, biex tkun tista’ tirċievi s-sussidju, persuna ma tistax tkun reġistrata fuq aktar minn kont wieħed.

12. X’inhi d-differenza bejn kont domestiku u wieħed residenzjali?

Kont imsejjaħ “domestiku” se jibbenefika minn tariffi residenzjali iżda mhux se jkollu persuni reġistrati fuq il-kont għal fini ta’ sussidju.

13. Ilni ma nirċievi kont għal aktar minn xahrejn. X’nista’ nagħmel?

Għandek tirċievi kont kull xahrejn. Jekk int sid ta’ kont/ijiet tista’ taċċessahom permezz tal-username u l-password tiegħek. Għal aktar informazzjoni agħfas hawn. Tista’ wkoll tibgħat korrispondenza elettronika fuq customercare@arms.com.mt jew tagħmel kuntatt magħna fuq in-numru freephone 8007 2222. Kun żgur li tipprovdilna n-numru tal-kont u n-numru tal-Karta tal-Identità.

14. Nixtieq kont aġġornat. Hu possibbli?

Iva. Jekk jogħġbok kun af li tiġi imposta miżata ta’ €4.66 li tiżdied mal-kont u se tkun indikata fuq il-kont. Tista’ titlob kont aġġornat onlajn, permezz ta’ korrispondenza elettronika (jekk jogħġbok inkludi n-numru tal-kont u n-numru tal-Karta tal-Identità), jew billi żżur wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna.

15. X’għandi nagħmel jekk kont qed inħallas rata domestika meta kont intitolat inħallas rata residenzjali?

Għandek timla l-Formola H1. Għal aktar informazzjoni dwar kif għandha timtela din il-formola u l-proċess involut, aqra l-mistoqsijiet u t-tweġibiet li ġejjien.

24. Kif nista’ nsir naf il-bilanċ pendenti?

Tista’ tagħmel dan billi ċċempel fuq in-numru freephone 8007 2222 jew jista’ jkollok aċċess għal din l-informazzjoni onlajn.

25. Nixtieq kopja tal-aħħar kont tiegħi. Hu possibbli?

Iva. Tista’ tibgħat korrispondenza elettronika fuq customercare@arms.com.mt, jew billi tagħmel kuntatt magħna fuq in-numru freephone 8007 2222. Tista’ żżur wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna. Kun żgur li tipprovdilna n-numru tal-kont u n-numru tal-Karta tal-Identità.

26. Neħtieġ aktar informazzjoni dwar kontijiet u pagamenti mgħoddija. X’nista’ nagħmel?

Tista’ tagħmel kuntatt fuq in-numru freephone 8007 2222 jew tibgħat korrispondenza elettronika fuq customercare@arms.com.mt u titlob rendikont. Kun żgur li tipprovdilna n-numru tal-kont u n-numru tal-Karta tal-Identità.

27. Nixtieq nirċievi l-kont tiegħi f’indirizz differenti. Hu possibbli?

Iva. Teħtieġ timla din il-formola u tissottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna, jew tibgħatha permezz ta’ korrispondenza elettronika fuq customercare@arms.com.mt, flimkien ma’ kopja skenjata tal-Karta tal-Identità tiegħek.

28. Nixtieq naġġorna l-indirizz tas-servizz tiegħi. Hu possibbli?

Jekk teħtieġ iżżid jew tbiddel l-isem jew in-numru tad-dar, tista’ tibagħtilna ittra ffirmata flimkien ma’ kopja skenjata tal-Karta tal-Identità tiegħek, jew tista’ żżur wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna. Jekk teħtieġ taġġorna l-isem tat-triq tiegħek, ikkuntattja lill-kunsill lokali tiegħek biex titlobhom jibagħtulna korrispondenza uffiċjali bid-dettalji korretti.

29. Għamilt ftehim ta’ pjan ta’ ħlas bin-nifs ma’ ARMS Ltd biex inkun nista’ nħallas il-kont tiegħi ftit ftit. Xorta se neħel l-imgħax fuq pagamenti li jsiru tard?

Iva. Il-pjan ta’ ħlas bin-nifs jinħoloq biex jassigura li l-provvista tiegħek ma tiġix maqtugħa. Madankollu, kwalunkwe ammont dovut li ma jitħallasx fi żmien maqbul u fid-data uffiċjali, ikunu suġġetti għal imgħax.

30. X’inhuma l-vawċers tad-dawl u tal-ilma? Min joħroġhom?

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali joħroġ vawċers li jistgħu jintużaw biex jgħinuk tħallas parti mill-kont tad-dawl u tal-ilma. Kun af li l-ammont kollu tal-kont irid jitħallas meta tuża vawċer. Dawn il-vawċers japplikaw għal każijiet soċjali speċifiċi biss u huma approvati mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.

31. Il-vawċers jistgħu jintużaw f’każ li jkun hemm ftehim ta’ ħlas bin-nifs?

Iva, madankollu l-entitajiet li jipprovdu s-servizzi jeħtieġu ħlas bi flus kontanti wkoll (l-ammont jiddependi fuq il-gravità tal-każ).

32. Kif nista’ nħallas il-kontijiet?

Tista’ tħallas il-kontijiet:

  • Permezz ta’ din il-(websajt) onlajn;
  • Permezz ta’ debitu dirett;
  • Permezz tal-internet banking tal-BOV (www.bov.com.mt);
  • Permezz tal-internet banking tal-HSBC (www.hsbc.com.mt);
  • Permezz tal-internet banking tal-APS (www.apsbank.com.mt);
  • Premezz tal-phone banking tal-BOV (21322121);
  • Premezz tal-phone banking tal-HSBC (23802380);
  • Permezz tal-ATMs tal-BOV;
  • Permezz tal-ATMs tal-HSBC;
  • Fi kwalunkwe fergħa tal-Maltapost;
  • Bil-posta;
  • Fi kwalunkwe Ċentru ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna;
  • Fl-uffiċċji tal-kunsilli lokali ta’ Raħal Ġdid permezz tas-Servizz.Gov.
33. Kif nista’ nħallas onlajn?

Billi tilloggja fuq il-paġna privata tiegħek hawn tkun tista’ tara kwalunkwe kont pendenti kif ukoll rendikont tal-kontijiet tiegħek. Tkun tista’ wkoll tħallas onlajn b’mod sigur.

34. Nista’ nħallas onlajn mingħajr ma’ nidħol fil-paġna privata tiegħi?

Iva, madankollu ma tkunx tista’ tara d-dettalji tal-kont tiegħek. Teħtieġ tipprovdilna n-numru tal-kont kif ukoll dak tal-fattura. Teħtieġ kopja stampata tal-kont u trid iddaħħal id-dettalji tal-kont kif ukoll l-ammont li se tħallas.

35. Nixtieq inħallas kont li mhux tiegħi. Nista’ nagħmel dan onlajn?

Iva, tista’ tagħmel dan hawn.

36. X’inhu s-servizz ta’ debitu dirett? Kif nista’ nħallas permezz ta’ debitu dirett? Hemm xi benefiċċji?

Tista’ tapplika għal dan is-servizz jekk tixtieq li l-kontijiet tiegħek jitħallsu b’mod awtomatiku minn wieħed mill-kontijiet tal-bank tiegħek. Xorta waħda se tirċievi kont bil-posta u l-pagament mill-kont tal-bank tiegħek isir wara d-data tal-hlas li tidher fuq il-kont. Jekk tħallas permezz ta’ debitu dirett tibbenefika minn skont ta’ €3 fuq kull kont (€18 fis-sena). L-iskont jiġi kkreditat fuq il-kont ta’ wara. Tista’ tniżżel il-mandat ta’ debitu dirett minn hawn jew nistgħu ngħinuk tagħmel dan f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna.

 

37. Kif nista’ nħallas bil-posta?

Ibgħat ċekk indirizzat lil ARMS Ltd flimkien mal-avviż tal-ħlas (aqta’ l-parti t’isfel ta’ dan il-kont), fl-envelop bil-posta mħallsa li ntbagħat miegħu. Jekk jogħġbok, fuq wara taċ-ċekk, ikteb in-numru tal-kont u n-numru tal-fattura (li jidher fuq nett tal-kont). Tibgħatx flus kontanti bil-posta. Tista’ tħallas ukoll permezz tal-karta tal-kreditu, billi tniżżel id-dettalji rilevanti fuq l-avviż tal-ħlas. Kun af li hemm €35 ħlas amministrattiv u ħlas ieħor ta’ mgħax għal kull pagament li ma jkunx onorat. Hu importanti li l-ħlas isir fi żmien 45 jum mid-data tal-fattura.

Il-kontijiet tiegħi

1. Persuna reġistrata fuq il-kont tiegħi ġiet nieqsa. L-informazzjoni relatata man-numru ta’ persuni reġistrati fuq il-kont tiegħi tiġi aġġornata b’mod awtomatiku?

Iva.

2. Kemm jista' jkolli kontijiet?

M'hemmx restrizzjonijiet fuq kemm il-kont jista jkollu l-konsumatur. 

3. X'għandi nkun naf dwar il-kont tiegħi?

Huwa importanti li l-klijent ikun jaf bl-isem ta sid il-kont u jekk il-post ikun residenzjali, in-numru ta persuni rregistrati jkun korrett. 

Applikazzjoni għal servizzi

01. Neħtieġ il-provvista tad-dawl fil-post tiegħi. X’għandi nagħmel?

Jekk int sid il-post u teħtieġ provvista tad-dawl/tal-ilma, teħtieġ tapplika għas-servizzi billi tniżżel il-formola minn https://arms.com.mt/en/services/apply-for-a-service/applications-forms u tissottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna. Dan is-servizz jista’ jintalab kemm-il darba għandek il-wajers tad-dawl u/jew il-pajpijiet tal-ilma meħtieġa ġa installati fil-post, iżda m’għandekx provvista esterna. Biex tapplika għal dan is-servizz għandek tippreżenta d-dokumentazzjoni relevanti kollha kif speċifikat fil-formola tal-applikazzjoni għas-servizz, kif ukoll trid tkun ħallast il-kontijiet kollha pendenti fuq kull kont ieħor reġistrat f’ismek (jekk għandek).

02. L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu permezz ta 'email?

Iva applikazzjonijiet jistgħu jiġu skannjati u mibgħuta permezz ta 'email fuq Customercare@arms.com.mt.

03. Neħtieġ il-provvista tad-dawl kif ukoll tal-ilma fil-post tiegħi. Nista’ napplika f’darba?

Wiehed irrid jissottometti applikazzjoni ghall servizz gdid:

https://arms.com.mt/en/services/apply-for-a-service/applications-forms

04. Se nikri post. Għandi napplika għas-servizzi tad-dawl u l-ilma?

Jekk id-dawl u l-ilma huma ġa installati u preżenti fuq il-post, m’għandekx għalfejn tapplika għal dawn is-servizzi. Madanakollu, sakemm ikun hemm ftehim mal-inkwilin, tista’ ddawar il-kont preżenti tad-dawl u/jew tal-ilma fuq ismek għaż-żmien li se tikrih. Meta tagħmel dan tkun tista’ tirreġistra ismek u lil kwalunkwe persuna oħra li se tidħol fil-post, u b’hekk tibbenifika minn rati residenzjali u mis-sussidju tal-ekoreduzzjoni fuq il-kont tiegħek. Madankollu, biex din it-talba tiġi pproċessata, teħtieġ tħallas depożitu ta’ €466 (ladarba m’intix is-sid legali tal-propjetà). Dan id-depożitu jitnaqqas mill-aħħar kont tiegħek u kwalunkwe kreditu favurik jintraddlek lura. Id-deċiżjoni dwar jekk tirreġistrax il-kont fuq ismek jew le tiddependi mill-ftehim ma’ sid il-post, kif ukoll skont it-tul ta’ żmien tal-kirja. Nagħtu parir li l-kont ma jinbidilx meta l-perjodi tal-kirjiet ikunu qosra, jiġifieri, ta’ anqas minn xahrejn.

Bħala inkwilin, jekk iddeċidejt li tittrasferixxi l-kont fuq ismek, żomm f’moħħok li tittrasferixxih lura fuq sid il-propjetà qabel ma twaqqaf il-kirja tal-post. Sakemm isir dan, kwalunke kont li jinħareġ ikun fuq ismek.

05. Se nikri post. Sid il-kera hu obbligat bil-liġi jittrasferixxi l-kont fuq ismi?

Le. Dan jiddependi kompletament fuq sid il-kera. Madankollu, id-dikjarazzjoni tan-numru ta’ persuni għandha tiġi sottomessa skont l-għadd ta’ persuni li se jgħixu fil-post. Jekk sid il-post jirrifjuta u ftehim ta’ kiri jiġi ffirmat, il-kerrejja jistgħu jagħżlu li jissottomettu l-formola F2 għal Għarfien temporanju tal-kerrej.

06. Neħtieġ provvista temporanja tad-dawl għal ftit jiem/xhur. Kif napplika għal dan is-servizz?

Eżempji ta’ fejn ikun hemm bżonn ta’ provvista temporanja tad-dawl jinkludu kjosks, stands u d-dekorazzjonijiet tat-toroq. Jekk teħtieġ provvista temporanja tad-dawl, tista’ tniżżel il-formola minn hawn u tissottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna. Din il-formola għandha wkoll tintuża mill-kunsilli lokali għall-provvista tad-dawl tat-toroq, dwal tat-traffiku u pelican lights.

07. Nixtieq inneħħi l-provvista tad-dawl u/jew tal-ilma. X’għandi nagħmel?

Jekk tixtieq inneħħi l-provvista tad-dawl u/jew tal-ilma, tista’ tapplika għall-qtugħ tal-provvista u t-tneħħija tal-arloġġ mill-post li qiegħed fih bħalissa. Niżżel il-formola għat-tneħħija tas-servizz tal-Elettriku minn hawn u ssottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna. Kun af li qabel ma taqta’ s-servizz se tintalab tħallas il-kontijiet pendenti. Barra minn hekk, qabel tagħlaq il-kont tiegħek se tintalab tħallas kwalunkwe konsum żejjed li jkun ġie reġistrat qabel ma jkun tneħħa l-arloġġ.

08. Qed nissuspetta li l-arloġġ tad-dawl tiegħi mhuwiex qed jirreġistra qari tajjeb. X’għandi nagħmel?

F’każ bħal dan nagħtuk parir tapplika għall-ittestjar tal-arloġġ. Kun af li hemm ħlas marbut ma’ dan, li jintradd lura kemm-il darba l-arloġġ jinstab li hu difettuż. Tista’ tniżżel formola minn hawn u tissottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna jew tista’ tapplika għal dan is-servizz onlajn.

09. Neħtieġ inċaqlaq l-arloġġ tal-ilma mill-post li qiegħed fih għal post ieħor. Hu possibbli?

Jekk iċċaqlaq l-arloġġ tal-ilma b’distanza “perpendikulari” għall-mejns (mingħajr ma teħtieġ tibdel il-konnessjoni) dan ix-xogħol ma jinvolvix ħlas. Jekk iċ-ċaqliq tal-arloġġ tal-ilma jeħtieġ li jsir f’distanza aktar ’il bogħod mill-mejns, dawn ix-xogħlijiet jeħtieġu konnessjoni ġdida mill-mejns u jistgħu jinvolvu ħidma estensiva. F’dan il-każ japplika ħlas, liema ħlas ikun ekwivalenti għal dak ta’ applikazzjoni għal servizz ġdid tal-ilma. Biex tapplika għal dan is-servizz, jekk jogħġbok niżżel il-formola minn hawn u ssottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna jew tista’ tapplika għal dan is-servizz onlajn.

10. Neħtieġ inċaqlaq l-arloġġ tad-dawl mill-post li qiegħed fih għal post ieħor. Hu possibbli?

Jekk għandek bżonn iċċaqlaq l-arloġġ tad-dawl fil-post tiegħek stess, dan tista’ tagħmlu billi tniżżel il-Formola għar-riallokazzjoni tal-arloġġ minn hawn u tissottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna.

11. Talba għal gaiters, ċaqliq jew devjazzjoni ta’ linji tad-dawl

Għal xogħlijiet marbuta ma’ linji tad-dawl fl-ajru (wajers tad-dawl fl-għoli) li jdawru l-post tiegħek, għandek tniżżel applikazzjoni minn hawn u tissottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna. Is-servizzi offruti jinkludu:

a) użu ta’ gaiter mal-linja tad-dawl fl-ajru għal finijiet ta’ saħħa u sigurtà, jew;

b) talba biex tintefa’ l-provvista fil-linji tad-dawl fl-ajru għal xi ħin, jew;

c) devjazzjoni tal-linji tad-dawl fl-ajru biex twettaq xi xogħlijiet jew tiswijiet f’ambjent aktar sigur.

12. Minn liema benefiċċji finanzjarji nista’ ngawdi bħala konsumatur meta ninstalla turbina żgħira tar-riħ jew pannelli fotovoltajċi?

Minbarra li tnaqqas il-konsum tad-dawl tiegħek u li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tat-tniġġis tal-ambjent, l-entitajiet li jipprovdu s-servizzi se jħallsuk ta’ kull unit ta’ dawl li ma tikkunsmax u li tipprovdi lin-netwerk.

13. Nixtieq ninstalla turbina żgħira tar-riħ jew pannelli fotovoltajċi u nqabbadhom man-netwerk nazzjonali tad-dawl. X’għandi nagħmel?

Jekk għandek turbina żgħira tar-riħ jew pannelli fotovoltajċi installati fil-post tiegħek issa tista’ tqabbadhom man-netwerk nazzjonali tad-dawl u tipprovdi l-enerġija żejda lin-netwerk. Dan jeħtieġ bidla fit-tagħmir tiegħek biex nkunu nistgħu nkejlu l-units tal-elettriku ġġenerati minnek u li jkunu pprovduti lin-netwerk. Dawn il-units jiġu mnaqqsa mill-kont tiegħek. Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok agħfas hawn. Jista’ jkollna bżonn ninstallaw arloġġ ieħor qrib tal-apparat Renewal Energy Source (RES) għal raġunijiet ta’ statistika miġbura mill-Awtorità Maltija għar-Riżorsi. Biex tapplika għal dan is-servizz, jekk jogħġbok niżżel il-formola minn hawn u ssottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna.

14. Beħsiebni nbiegħ il-propjetà tiegħi. Għandi nagħmel xi ħaġa bil-kont tad-dawl u/jew tal-ilma li għandi, jew il-bidla ssir b’mod awtomatiku mill-entitajiet li jipprovdu s-servizzi?

Meta tbigħ propjetà ara li timla din il-formola u tissottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna, flimkien mal-pagament ta’ kwalunkwe kont pendenti li għandek. Int, kif ukoll il-persuna li se tixtri l-propjetà, tridu taqblu fuq it-trasferiment tal-kont tad-dawl u/jew tal-ilma.

15. Beħsiebni nixtri propjetà. Għandi nagħmel xi ħaġa bil-kont tad-dawl u/jew tal-ilma li huma installati fil-post, jew il-bidla ssir b’mod awtomatiku mill-entitajiet li jipprovdu s-servizzi?

Meta qed tixtri propjetà trid tara li l-persuni li se jbiegħuha jkunu mlew din il-formola u ssottomettewha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna, flimkien mal-ħlas dovut għal kwalunkwe kont pendenti. Int, kif ukoll il-persuna li se tbigħ il-propjetà, tridu taqblu fuq it-trasferiment tal-kont tad-dawl u/jew tal-ilma. Meta tidħol fi propjetà ġdida hu importanti li tivverifika li tittrasferixxi s-sussidju fuq in-“numru ta’ persuni” mir-residenza li kellek qabel fuq ir-residenza l-ġdida.

17. Għandna twelid fil-familja. Huwa / huma rreġistrat awtomatikament fil-kont tiegħi b'tali mod li nista 'nibbenefika minn tariffi orħos?

Le, ir-reġistrazzjoni fuq il-kont mixtieq ma tistax tkun awtomatika. Ikollok bżonn timla l-formola H, u tissottometti l-applikazzjoni fl-ufficini taghna.

19. In-numru ta’ persuni li jgħixu fil-post tiegħi żdied. X’għandi nagħmel biex nirreġistra lil dawn il-persuni fuq il-kont tiegħi?

Niżżel il-formola minn hawn, imlieha u ssottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna. Tista’ wkoll tibgħatha bil-posta lil ARMS Ltd, P.O. Box 63, Il-Marsa, MRS 1000, Malta.

Hu importanti li n-numru ta’ persuni li qegħdin jgħixu fil-post tiegħek ikun reġistrat korrettament fuq il-kont tiegħek. Din l-informazzjoni tidher fuq nett, fuq in-naħa tal-lemin tal-kont tad-dawl u tal-ilma. Din l-informazzjoni se taffettwa r-rati tal-kontijiet tiegħek hekk kif rati differenti japplikaw skont in-numru ta’ persuni li jgħixu fil-post tiegħek. Kun af li skont ir-Regolamenti dwar il-Provvista tal-Elettriku, l-istess persuna tista’ biss tittrasferixxi r-reġistrazzjoni tagħha minn fuq post għal ieħor darba fis-sena. Kwalunkwe bidla oħra tidħol fis-seħħ is-sena ta’ wara. Barra minn dan, f’każ ta’ bidliet li jintalbu wara t-30 ta’ Novembru ta’ sena partikolari, dawn jidħlu fis-seħħ is-sena ta’ wara.

20. Il-propjetà tiegħi tinsab battala u nixtieq nevita li nirċievi kont stima kull xahrejn? Hu possibbli?

Iva, dan hu possibbli. Tista’ tapplika hawn biex il-konsum tiegħek jinqara darba fis-sena. Kun af li xorta se tkun qed tirċievi l-kontijiet regolari għall-kiri tal-arloġġ. Tista’ wkoll tapplika għal dan is-servizz onlajn. Meta tiddikjara li l-post tiegħek jinsab battal, qiegħed tiddikjara li ħadd ma qiegħed juża l-propjetà b’mod regolari, b’hekk in-numru ta’ persuni reġistrati fuq dan il-kont ikun injorat għal kull tip ta’ ħlas li jintalab waqt il-perjodu ddikjarat.

21. X’għandi nagħmel biex inżid jew innaqqas il-provvista tas-servizz tad-dawl tiegħi?

Għandek tissottometti din il-formola f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna.

22. Nista’ nħallas permezz ta’ debitu dirett?

Iva, dan hu possibbli. Barra minn hekk, se tibbenefika mill-iskontijiet tagħna ta’ ħlas dirett grazzi għas-servizz konvenjenti ta’ ħlas b’debitu dirett. Tista’ tniżżel il-mandat ta’ debitu dirett minn hawn jew billi żżur wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna.

23. Nixtieq inwaqqaf il-ħlas b’debitu dirett? Kif nista’ nagħmel dan?

Imla din il-formola u ssottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna.

24. Għandi bżonn nagħmel xi bidliet fir-reġistrazzjoni personali u fid-dettalji tal-kont tiegħi. Kif nista’ nagħmel dan?

Tista’ tbiddel xi dettalji personali, inklużi l-indirizzi tas-servizz tiegħek, l-indirizz fejn tirċievi l-kont, in-numri tat-telefown u l-indirizzi elettroniċi. Dan tista’ tagħmlu billi tniżżel formola minn hawn u tissottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna. Xi dettalji jistgħu wkoll jiġu aġġornati onlajn.

25. Neħtieġ nivverifika xi kontijiet dovuti pendenti għal propjetà partikolari. Hu possibbli?

Nirrakkomandaw li tivverifika l-kontijiet dovuti pendenti fuq propjetà jekk beħsiebek tixtriha. Dan tista’ tagħmlu billi tniżżel il-formola addattata minn hawn u tissottomettiha f’wieħed miċ-Ċentri ta’ Assistenza lill-Konsumatur tagħna.

26. Nixtieq li ssirli żjara mill-qarrej tal-arloġġ u jinħareġ kont wara. Hu possibbli ssir fuq talba tiegħi?

Tista’ tagħmel appuntament mad-dipartiment tal-qari tal-arloġġi biex l-arloġġ tad-dawl u/jew tal-ilma tiegħek jinqara u, jekk ikun meħtieġ, il-kont tiegħek jiġi rivedut. Biex tagħmel dan, jekk jogħġbok agħmel kuntatt mas-Servizzi ta’ Assistenza fuq in-numru freephone 8007 2222 jew issottometti t-talba tiegħek onlajn.

Is-servizzi tiegħi

01. Jekk qiegħed nibbenefika mit-tariffi tal-FIT, il-kontijiet tiegħi se jiġu affettwati? Kull meta se nirċievi kont u kull meta se nirċievi s-sussidji tat-tariffi li jirriżultaw mit-tagħmir fotovoltajku (PV)?

Jekk qed tibbenefika mit-tariffi tal-FIT m’intix se tirċievi stima tal-kont kull xahrejn. Se tirċievi kont kull sitt xhur skont il-qari attwali tal-arloġġ, u, eventwalment, kont attwali kull xahrejn ladarba l-lokalità tiegħek tinqaleb għall-kontijiet awtomatiċi tal-ismart meters. It-tariffi tal-FIT biss huma abbażi ta’ qari attwali u ma jkunux inklużi jekk il-kont jinħareġ fuq stima minħabba li ma setax jittieħed il-qari attwali. Il-qari tal-esportazzjoni u tal-elettriku ġġenerat QATT ma jkun abbażi ta’ stima.

02. Għandi nipprovdi aċċess lill-qarrej tal-arloġġ kull 6 xhur jew il-qari qed jinqara b’mod awtomatiku?

Jekk għandek tagħmir fotovoltajku installat fil-post tiegħek hu importanti li ARMS ikollha l-qari attwali kull 6 sitt xhur. Għalhekk hu rrakkomandat li tipprovdi aċċess lill-qarrej tal-arloġġ tagħna (jekk għandek smart meter irreferi għal 11.33 “Iż-żjarat mill-qarrej tal-arloġġ xorta se jibqgħu jsiru ladarba l-ismart meter jiġi installat?”). Jekk dan mhux possibbli, tista’ tibagħtilna l-qari tal-arloġġ b’korrispondenza elettronika fuq customercare@arms.com.mt (irreferi għal 15.4 “Għandi pannelli fotovoltajċi installata fil-post tiegħi u nixtieq nissottometti l-qari tal-arloġġ b’korrispondenza elettronika. Hu possibbli?”), jew billi tagħmel kuntatt fuq in-numru freephone 8007 2222. Importanti li dan isir fl-ewwel 5 ijiem minn meta tirċievi n-nota li l-qarrej tal-arloġġ żar il-propjetà tiegħek.

03. X’jiġri jekk l-arloġġi ma jinqrawx f’perjodu ta’ 6 xhur? Dan jista’ jaffettwa l-kont tiegħi jew it-tariffi tal-FIT li qiegħed nibbenefika minnhom?

Jekk il-qari attwali tiegħek ma jkunx disponibbli, noħorġulek kont abbażi ta’stima tal-konsum impurtat. Mhu se tirċievi ebda ħlas lura tal-FIT ma’ dan il-kont. Hi responsabbiltà tiegħek tiżgura li l-qari attwali jingħata lil ARMS kull 6 xhur. Dan isir billi tipprovdi aċċess lill-qarrej tal-arloġġ jew billi tipprovdilna d-dettalji meħtieġa b’korrispondenza elettronika fuq customercare@arms.com.mt (irreferi għal 15.4 “Għandi pannelli fotovoltajċi installati fil-post tiegħi u nixtieq nissottometti l-qari tal-arloġġ b’korrispondenza elettronika. Hu possibbli?”) jew billi tagħmel kuntatt fuq in-numru freephone 8007 2222. Importanti li dan isir fl-ewwel 5 ijiem ta’ xogħol minn meta tirċievi n-nota li l-qarrej tal-arloġġ żar il-propjetà tiegħek u ma sab lil ħadd.

Dan ma japplikax għal utenti li qegħdin fuq “automated billing”. Għal aktar informazzjoni dwar dan irreferi għal “11.34 Ladarba l-arloġġi u l-apparat il-ġdid jiġu installati, il-kontijiet kollha se jkunu maħruġa fuq qari attwali?”

04. Għandi pannelli fotovoltajċi installati fil-post tiegħi u nixtieq nissottometti l-qari tal-arloġġ b’korrispondenza elettronika. Hu possibbli?

Jekk se tibgħat il-qari b’korrispondenza elettronika, għandek tinkludi:

• Ismek u kunjomok;

• In-numru tal-kont;

• In-numru tat-telefown/mowbajl fejn nistgħu nikkuntattjawk faċilment waqt il-ħin tax-xogħol;

• Kif ukoll:

1. Il-qari tal-Generation Meter;

2. Il-qari tal-esportazzjoni mill-arloġġ prinċipali;

3. Il-qari tal-importazzjoni mill-arloġġ prinċipali;

4. Qari tal-arloġġ tal-ilma.

L-arloġġi tad-dawl kollha GĦANDHOM ikunu arloġġi uffiċjali installati mill-Enemalta plc (u MHUX installati minn min ipprovdilek il-PV) u nissuġġerulek li tinkludi n-numru tal-arloġġ ma’ kull qari.

05. Jekk il-kont li ħareġ hu stima, inkun tlift l-FIT?

Mhux neċessarjament. F’dan il-każ tirċievi ħlas lura tal-FIT meta nibagħtu l-kont ta’ wara, li jkun tal-qari attwali. Kun af li xorta waħda tista’ tibbenefika sa ammont massimu ta’ FIT kull sena, li jkun ikkalkulat bħala l-kWp tal-PV hekk kif approvat minn REWS, immultiplikat b’1600kWh. Il-units attwali li jinqraw ikunu meqjusa bħala kkunsmati bejn l-aħħar qari tal-arloġġ u l-qari preżenti. Dan jista’ jirriżulta li tkun qbiżt il-limitu, ikkalkulata prorata għal dan il-perijodu, għalhekk imħallas b’rata marġinali (jiġifieri bir-rata attwali ta’ €0.11ċ).

06. Nista’ nissottometti l-qari permezz tal-websajt tal-ARMS?

Iva.

07. Meta se nirċievi l-ewwel kont tal-FIT?

L-ewwel kont tal-FIT se jasallek fi żmien 6 xhur minn meta jkun ġie installat l-arloġġ uffiċjali (smart meter) mas-sistema fotovoltajka tiegħek. Dan jkun possibbli biss kemm-il darba tagħti aċċess lil-qarrej tal-arloġġ biex jieħu l-qari meħtieġ jew billi tissottometti l-qari matul il-perjodu stipulat għall-qari tal-arloġġ. Għal aktar informazzjoni dwar kif tipprovdi l-qari tiegħek, irreferi għal 15.4 “Għandi pannelli fotovoltajċi installata fil-post tiegħi u nixtieq nissottometti l-qari tal-arloġġ b’korrispondenza elettronika. Hu possibbli?”

08. X’inhu meħtieġ biex nibbenefika mill-ħlas lura tal-FIT? Kif napplika għal din it-tariffa?

Biex tibbenifika mill-ħlas lura permezz tal-FIT, hu meħtieġ:

1.         Provvista tad-dawl li tkun ġiet uffiċjalment installata minn Enemalta plc, flimkien ma’ kont tal-ħlas. Dan il-kont jinħoloq fis-sistema ladarba l-applikazzjoni għal provvista ġdida tad-dawl tiġi aċċettata minn ARMS Ltd;

2.         Sistema ta’ pannelli fotovoltajċi installata fil-post tiegħek li tkun ġiet awtorizzata/liċenzjata minn REWS. Għal din l-awtorizzazzjoni żur il-websajt: www.rews.org.mt, niżżel il-formola tal-Feed-in Tariff u ssottomettiha lil REWS flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa;

3. Il-formola tal-“Applikazzjoni għall-ikkonnettjar ta’ Photovoltaic mal-gridd” (Formola PV), għanda tiġi sottomessa flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa (inkluża l-formula li tkun ġiet aċċettata mill-MRA msemmija f’15.8.2,) fl-uffiċju ta’ ARMS u tkun approvata;

4. Arloġġ sekondarju (smart meter) jiġi installat fil-post tiegħek mill-ħaddiema tal-Enemalta plc. Dan l-arloġġ jirreġistra l-konsum iġġenerat mis-sistema fotovoltajka tiegħek. Hu biss wara li dan l-arloġġ sekondarju jkun ġie installat li tibda tapplika l-faċilità tal-FIT;

5. L-arloġġ prinċipali tiegħek (li kien ġie installat fil-post tiegħek qabel ġew installati l-pannelli fotovoltajċi) jiġi aġġornat biex dan jirreġistra kemm (a) l-elettriku kkunsmat minn netwerk tal-Enemalta, kif ukoll (b) dawl eċċessiv li jkun ġie ġġenerat mis-sistema fotovoltajka u li jkun qed jitgħadda fuq n-netwerk nazzjonali.

09. X’tip ta’ għajnuna finanzjarja jew sussidji huma disponibbli għal min jixtri apparat fotovoltajku?

Minbarra l-Feed-in Tariff tista’ tkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja kapitali. Avviżi għal applikazzjonijiet għal din l-għajnuna jkunu mxandra fuq il-mezzi tal-midja u l-iskemi jkunu miftuħa għal żmien definit. Għalkemm l-iskemi ħarġu kull sena bejn l-2008 u l-2011, il-ħruġ ta’ skemi ta’ għajnuna jiddependu mill-fondi disponibbli u mhumiex garantiti għall-ġejjieni. Aktar informazzjoni fuq l-apparat li jkun eliġibbli u dwar l-iskemi eżistenti hi disponibbli fuq il-websajt ta’ REWS.

10. Jekk għandi iktar minn propjetà waħda li għandha apparat fotovoltajku, nibbenefika minn ħlas lura tal-FIT fuq kull propjetà?

Iva, kemm-il darba jkun hemm il-prerekwiżiti għas-servizz imsemmi fi 15.8 “X’inhu meħtieġ biex nibbenefika mill-ħlas lura tal-FIT? Kif napplika għal din it-tariffa?”

11. Kemm se ddum tapplika t-tariffa tiegħi tal-FIT?

It-tul tal-perjodu tal-FIT jiddependi fuq l-iskema applikabbli. Dettalji tal-iskemi jistgħu jinkisbu minn hawn REWS.

12. X’jiġri ladarba jiskadi l-perijodu tal-FIT?

La l-perijodu jkun skada tibqa’ titħallas bit-tariffa marġinali skont kif tapplika fi żmien partikulari.

13. Xtrajt propjetà bil-pannelli fotovoltajċi. Il-perjodu li għalih nibbenefika mill-FIT jieħu inkonsiderazzjoni s-snin ta’ qabel?

Iva. Il-perijodu tal-FIT jibda mad-data tal-installazzjoni tal-generation meter uffiċjali tal-Enemalta plc mas-sistema tal-PV u ma jista’ jinbidel għall-ebda raġuni. Kun żgur li l-informazzjoni kollha relatata mal-PV hi pprovduta lilek mill-bejjiegħ qabel ma tixtri l-propjetà.

14. Kif nista’ nsir naf liema FIT tapplika għalija?

Dettalji ta’ kull skema jistgħu jinkisbu minn hawn REWS

Barra minn hekk, hemm 3 tipi ta’ skemi ta’ FIT:

1. Net Metering, fejn titħallas lura għal kull unit esportat;

2. FIT parzjali, fejn tbigħ l-elettriku żejjed li tkun iġġenerajt;

3. FIT komplut, fejn tbigħ l-elettriku kollu li tkun iġġenerajt.

Se titħallas lura tal-FIT skont il-limitu speċifikat, liema limitu jkun intbagħat minn REWS wara li taċċetta l-applikazzjoni tiegħek għall-PV. Il-units li jaqbżu l-limitu jiġu mħallsa lura bir-rata marġinali, illum stabbilita għal €0.11ċ.

15. Nista’ naqleb minn FIT parzjali għal FIT komplut, jew viċiversa?

Iva.

16. Innutajt li qiegħed niġi ssussidjat anqas mill-FIT. Dan ifisser li qiegħed jinħariġli kont b’tariffa differenti?

Hu probabbli li l-għajnuna finanzjarja li ngħatatlek għall-PV tiegħek kienet ta’ iktar minn 50% tal-ammont tal-apparat. Għalhekk l-ammont tal-FIT imħallas jitnaqqas b’€0.002 kull kWh għal kull 1% li jaqbeż l-50% imsemmija. Għal aktar informazzjoni kkonsulta mal-Awtorità Maltija tar-Riżorsi. Jekk dan mhux il-każ jista’ jkun li tkun qbiżt il-limitu annwali u qiegħed titħallas lura bir-rata marġinali, bħalissa stabbilita għal €0.11ċ.

17. Ngħix fi blokka ta’ appartamenti/uffiċini. Nista’ ninstalla sistema ta’ pannelli fotovoltajċi fil-komun u xorta nibbenefika mit-tariffi tal-FIT?

Iva, tista’ tgħamel dan u tibbenefika miż-żewġ possibbiltajiet tal-FIT.

18. Għaliex qiegħed nitħallas lura b’rata anqas u mhux bir-rata tal-FIT?

L-ammont totali annwali tal-ħlas lura hu ddeterminat sa limitu massimu tal-kWp tal-PV tiegħek, immultiplikat b’1600kWh. Dan il-limitu jiddependi fuq in-numru ta’ pannelli installati u li ġew speċifikati minn REWS f’ittra li ntbagħtitlek wara l-applikazzjoni biex tinstalla l-PV fil-post tiegħek. Jekk dan il-limitu jinqabeż f’sena partikulari, il-units addizzjonali ġġenerati jitħallsu lura bir-rata marġinali.

19. Bħalissa għandi kreditu fuq il-kont tiegħi minħabba l-pannelli fotovoltajċi installati fil-post tiegħi. Nista’ nirċievi ħlas fi flus kontanti għal dan il-kreditu?

Kwalunkwe bilanċ ta’ kreditu jiżdied u jibqa’ fil-kont tiegħek. Tista’ tagħżel li tidħol fi skema ta’ kreditu dirett ma’ bank tal-għażla tiegħek billi tagħtina l-IBAN tal-kont jew tista’ tikkuntattjana u nkunu nistgħu nittrasferixxu l-bilanċ f’kont ieħor fejn int wkoll il-konsumatur reġistrat.

ARMS tħallas bilanċ ta’ kreditu wara 4 kontijiet konsekuttivi sakemm ma jkollokx xi ħlas pendenti fuq xi wieħed mill-kontijiet tiegħek. Biex tirċievi l-bilanċ ta’ kreditu trid tissottometti talba bil-miktub lil ARMS P.O. Box 63, il-Marsa, MRS 1000, Malta; jew permezz ta’ korrispondenza elettronika fuq customercare@arms.com.mt. Ara li tinkludi d-dettalji tal-kont tiegħek, ismek u kunjomok.

20. Se nixtri/nbigħ propjetà li ġa għandha PV installat. X’għandi nagħmel?

Teħtieġ tinforma lil REWS bil-kitba u tibagħtilhom evidenza li nbidel is-sid u d-dettalji tas-sid il-ġdid filwaqt li tipprovdi lil ARMS dokument uffiċjali minn REWS li juri l-approvazzjoni fil-bidla tas-sid, li qabel fuqu kienu reġistrati il-PV. Dan id-dokument irid jiġi mehmuż mal-formola F ta’ ARMS, bl-isem ta’ Reġistrazzjoni ta’ Bidla tal-Konsumatur, għall-post li nbiegħ/nxtara.

21. Se nbigħ il-propjetà tiegħi u nixtieq nieħu l-PV miegħi f’post ieħor. X’għandi nagħmel?

L-ewwel trid tibgħat lil ARMS l-applikazzjoni għall-qlugħ tal-arloġġ tal-PV. Ladarba jitneħħa l-arloġġ, trid tibgħat lil ARMS Reġistrazzjoni ta’ Bidla tal-Konsumatur (Formola F) għall-propjetà li se toħroġ minnha. Għandek tavża wkoll lil REWS li se tiddiżattiva l-PV u tinnotifika jew tibgħat awtorizzazzjoni għall-installazzjoni fil-bini l-ġdid. Ladarba l-PV tkun lesta, u jkollok id-dokumenti kollha meħtieġa minn REWS, għandek tapplika biex terġa’ titqabbad man-netwerk.

22. Hu possibbli ninstalla sistema tal-pannelli fotovoltajċi f’propjetà terza u xorta nibbenefika mill-iskema tat-tariffi?

Iva, dan hu possibbli. Jekk tixtieq tinstalla sistema ta’ pannelli fotovoltajċi fuq bejt/art li mhumiex propjetà tiegħek, għandek l-ewwel tapplika għal konnessjoni tal-provvista tal-elettriku. L-installazzjoni ta’ RES titqabbad direttament man-netwerk, dejjem jekk il-konsumatur jinħarġulu l-permessi u l-liċenzji meħtieġa minn REWS. Kemm-il darba f’dan il-post mhux se jkun hemm konsum, kif ukoll fid-dawl tad-deroga skont ir-rekwiżit tal-Artiklu 33 tad-Direttiva 2009/72/KE, dwar il-ftuħ tas-suq tal-provvista, preżentement int ma tistax tbiegħ ebda konsum ta’ dawl lil konsumaturi oħra ħlief lil Enemalta. Għaldaqstant, il-konsum li tiġġenera (grazzi għall-PV) għandu jiġi esportat kollu skont ir-rata tiegħek tal-Feed-In Tariff.

23. Kieku kelli ninstalla RES generator fuq il-bejt/art tiegħi stess u fl-istess waqt nikri parti mill-istess bejt/art lil parti terza li wkoll tkun tixtieq tinstalla RES generator, inkun nista’ nagħmel hekk?

Jista’ jkun hemm każijiet fejn is-sid tal-post ikun irid jinstalla RES generator fuq il-bejt/art tiegħu stess, filwaqt li jkun qed jikri parti mill-istess bejt/art lil terza persuna, li wkoll tkun tixtieq tinstalla RES generator. F’każijiet simili sid il-kont kif ukoll sid il-konsum preżenti tad-dawl, xorta jkollu żewġ possibbiltajiet (jiġifieri, jista’ jbiegħ il-konsum kollu jew l-ewwel jikkonsma mbagħad ibiegħ il-konsum żejjed li jifdal) filwaqt li t-terza persuna li ma jkollhiex konsum fil-post jkollha biss il-possibbiltà tesporta l-konsum skont it-tariffa applikabbli għal każijiet bħal dawn.

24. Minn fejn nista nsib informazzjoni fuq vetturi elettrici?

Ghafas hawn: https://www.enemalta.com.mt/news/apply-ev-meter/ 

Oħrajn

1. Iż-żewġ arloggi jinqraw bis-sistema awtomatika jew mill-meter reader?

Jista jkun lir-rotot ghad-dawl u ghall-ilma ma jkunux l-istess. 

2. Għaliex l-meter jirreġistra l-istess qari?

Jekk il-meter qiegħed jirreġistra l-istess qari ġentilment ikkuntattja l-uffiċċji tagħna fuq 80072222 jew ibgħat email fuq customercare@arms.com.mt

3. Għaliex id-dati tal-elettriku u l-ilma jvarjaw meta tqabbel l-ewwel paġna mat-tieni?

Meta l-arloggi qed jinqraw bis-sistema awtomatika, dan jista 'jvarja minhabba li l-qari jinqara separatament għaż-żewġ utilitajiet.

Ma weġibniex il-mistoqsija tiegħek? Ikkuntattjana Ikkuntatjana

Servizzi

  • Il-kontijiet
  • Il-kontijiet pendenti
  • Kalkulatur tal-kontijiet
  • Il-pagamenti tiegħi
  • Ħallas malajr
  • Ħlas fuq il-kont
  • Il-qari
  • Up to date bills
  • Issottometti l-qari
  • Applikazzjonijiet
  • E-Forms
  • Book an Appointment - Cashier
  • Book an Appointment - Customer Care
  • Book an Appointment - Debt Management
  • Book an Appointment - Legal Office

Għajnuna u sapport

  • Manwals & tutorials
  • FAQs
  • Single Digital Gateway
  • Għajnuna teknika
  • Ikkuntattjana

Informazzjoni

  • Prezzijiet tat-tariffi
  • Dwarna
  • Imsieħba
  • Dritt tal-awtur
  • Avviż dwar il-privatezza
  • L-Att dwar l-FOI
  • Termini u Kundizzjonijiet
  • Ċaħda
  • Leġiżlazzjoni
  • Xiri
  • Karrieri

Copyright © 2026 ARMS. All Rights Reserved

Billy ARMS Virtual Assistant