Menu

L-Att dwar l-FOI

L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

  • Home
  • L-Att dwar l-FOI

Il-persuni eliġibbli huma intitolati li jissottomettu talbiet għal-Libertà tal-Informazzjoni (FOI) lill-Awtoritajiet Pubbliċi stabbiliti kollha, inklużi dawk elenkati taħt il-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma.

Att dwar il-Lbertà tal-Informazzjoni (English Version)

Arms Ltd

ARMS jipprovdi kontijiet, ġbir u servizzi taassistenza lill-pubbliku permezz tas-servizzi funzjonali li ġejjin:

 

  • Qari tal-arloġġi tad-dawl u l-ilma;
  • Ħruġ ta’ kontijiet;
  • Ġbir ta’ flus;
  • Ġbir ta’ dejn;
  • Assistenza lill-konsumatur;
  • Ċentru ta’ sejħiet; 
  • Business Intelligence;
  • Uffiċini ċentrali.

Tissottometti talba/ilment

 

Persuni eliġibbli:

Biex tkun eliġibbli biex tissottometti talbiet għall-FOI, persuna trid tkun residenti f’Malta u tkun ilha residenti għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin. Din il-persuna għandha tkun ukoll jew ċittadina ta’ Malta jew ċittadina ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew ċittadina ta’ kwalunkwe stat ieħor li ċ-ċittadini tiegħu għandhom dritt, bis-saħħa ta’ kwalunkwe trattat bejn dak l-istat u l-Unjoni Ewropea, biex jiġu ttrattati f’Malta bl-istess mod bħaċ-ċittadini tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

It-talbiet għall-FOI jew il-formoli tal-ilmenti għandhom jiġu sottomessi bil-miktub u jistgħu jintbagħtu b’korrispondenza elettronika fuq: [email protected] jew permezz tal-portal tal-FOI: www.foi.gov.mt permezz tal-e-ID jew permezz tal-formola onlajn.

 

Tagħrif li għandu jingħata

Meta tkun qed tissottometti Talba għall-FOI, l-applikanti jkunu meħtieġa, minbarra jipprovdu dettalji takuntatt, jagħtu indikazzjoni tad-dokument/informazzjoni li jixtiequ jiksbu. Iridu wkoll jindikaw il-format li fih jixtiequ jirċievu dak id-dokument/informazzjoni, jiġifieri bħala kopja stampata, bħala kopja elettronika, fil-qosor/silta tal-kontenut jew minn ispezzjoni fuq il-post tad-dokument/informazzjoni inkwistjoni. Kopji tal-Karta tal-Identità jew tal-Passaport u/jew dokumentazzjoni addizzjonali, kif ikun meqjus meħtieġ, jistgħu jintalbu mill-awtorità pubblika, fil-każ ta’ talbiet relatati speċifikament mal-individwu/assi/interessi/dritt ta’ aċċess.

 

Tipi ta’ talbiet

Essenzjalment, wieħed jista’ jitlob għal kwalunkwe oġġett li jkun miżmum minn Awtorità Pubblika u li fuqu ġiet irreġistrata l-informazzjoni fi kwalunkwe forma, inklużi data elettronika, immaġini, mudelli fuq skala u rappreżentazzjonijiet viżivi oħra, u reġistrazzjonijiet awdjo jew vidjow, irrispettivament jekk l-informazzjoni tista’ tinqara, tidher, tinstema’ jew tinġibed bl-għajnuna ta’ xi oġġett jew apparat ieħor jew mingħajrha. Wieħed jista’ wkoll jitlob dokumentazzjoni li fiha politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida skont liema deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet isiru fir-rigward ta’ membri tal-pubbliku (inklużi entitajiet korporattivi u impjegati tal-Awtorità Pubblika fil-kapaċità personali tagħhom). Barra minn hekk, il-persuni eliġibbli għandhom id-dritt li jitolbu informazzjoni (f’forma ta’ dikjarazzjoni bil-miktub) fuq deċiżjoni jew rakkomandazzjoni magħmula fir-rigward tagħhom jew dwar entità ġuridika li jirrappreżentaw.

 

Rikonoxximenti

Ir-rikjesti tal-FOI se jkunu debitament rikonoxxuti mill-Awtoritajiet Pubbliċi. Il-formoli ta’ rikonoxximent għandhom jinkludu numru ta’ referenza uniku u indikazzjoni tad-data sa meta r-risposta se tingħata. Il-formoli għandhom jinkludu wkoll informazzjoni speċifika relatata mal-Awtorità Pubblika, bħall-indirizz tagħha, numri tat-telefown, indirizzi tal-email, ħinijiet tal-ftuħ u wkoll dettalji tal-proċedura interna tal-ilmenti.

 

Il-kontrolli li għandhom jitwettqu mill-Awtorità Pubblika

Mal-wasla tal-formola ta’ applikazzjoni, l-Awtorità Pubblika għandha tivverifika jekk it-talba tikkwalifikax bħala talba għall-FOI u tinforma lill-applikant jekk dan ma jkunx il-każ. Jekk twassal li tinħtieġ informazzjoni/dokumentazzjoni addizzjonali, l-applikanti jiġu kkuntattjati mill-Awtorità Pubblika li lilha tressqet it-talba u se jingħataw l-għajnuna kollha possibbli biex jiżguraw li tali talba tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Att. Minkejja dan, meta tintbagħat talba għall-FOI, l-applikanti mhumiex meħtieġa jipprovdu ġustifikazzjonijiet biex titlob xi dokumentazzjoni/informazzjoni partikolari. 



L-Awtorità Pubblika tivverifika wkoll jekk id-dokument/informazzjoni mitluba hijiex miżmuma għandu. Jekk dan mhux il-każ dik l-Awtorità Pubblika għandha tfittex li tidentifika l-entità responsabbli biex titressqilha t-talba u tittrasferixxi l-applikazzjoni kif xieraq (u tinforma lill-applikant fil-proċess). Jekk ma tiġi identifikata l-ebda entità alternattiva (li tfisser li d-dokument/informazzjoni ma tistax tiġi rintraċċata f’xi Awtorità Pubblika) l-applikant se jkun infurmat b’dan.

 

L-ipproċessar tat-talba

Ladarba jkun stabbilit li talba hi talba għall-FOI u tista’ tiġi indirizzata minn dik l-entità, l-Awtorità Pubblika tiddetermina jekk tistax tipprovdi lill-applikant bid-dokument/informazzjoni mitluba (kompletament jew parzjalment) jew jekk hux se tirrifjuta t-talba. Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar dan, l-Awtorità Pubblika għandha tikkunsidra jekk tapplikax waħda mill-eżenzjonijiet elenkati fl-Att dwar l-FOI. L-Awtorità Pubblika għandha tissottometti notifika dwar jekk it-talba għandhiex tiġi aċċettata jew le fi żmien 20 jum tax-xogħol mill-wasla tagħha. Tista’ tiġi applikata wkoll estensjoni ta’ 20 jum tax-xogħol addizzjonali, għal total massimu ta’ 40 jum tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba oriġinali.

 

Pagament ta’ miżata

Meta tissottometti risposta lill-applikant, l-Awtorità Pubblika għandha tindika jekk japplikawx xi miżati. Kemm-il darba japplikaw, dawn it-tariffi għandhom ikopru biss l-ispejjeż relatati mat-tqegħid tad-dokument għad-dispożizzjoni tal-applikant, jiġifieri s-sigħat ta’ pproċessar, l-ispejjeż ta’ fotokopji/faxes u l-midja diġitali u l-ispejjeż marbuta ma’ spezzjonijiet. Minkejja dak li ntqal hawn fuq, il-miżata totali applikabbli m’għandhiex teċċedi € 40. Ebda tariffa addizzjonali ma tista’ tintalab għas-sottomissjoni ta’ applikazzjonijiet jew ilmenti  
 

L-applikazzjoni tat-tariffi hi rregolata mill-A. L.N. 158 tal 2010.

 

Azzjoni ta’ rimedju

Jekk l-applikant ma jkunx sodisfatt bir-risposta pprovduta mill-Awtorità Pubblika dwar it-talba tagħha, l-applikant hu intitolat li jissottometti ilment lill-istess Awtorità Pubblika. Jekk, sussegwentement, l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bir-risposta li rċieva, hu jista’ jressaq appell mal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data (IDPC). Jekk l-applikant jibqa’ mhux sodisfatt bir-riżultat tal-appell, hu jista’ jappella lit-Tribunal tal-Appelli dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data u, sussegwentement, lill-Qorti tal-Appell. L-ilmenti jistgħu jiġu sottomessi għar-raġunijiet li ġejjin: 



▪ L-Awtorità Pubblika applikat estensjoni għall-iskadenza ta’ 20 ġurnata tax-xogħol biex tinnotifika lill-applikant  jekk hux se jingħata aċċess għad-dokument/informazzjoni mitluba;
▪ L-Awtorità Pubblika imponiet miżata li hi meqjusa bħala eċċessiva;
▪ Id-dokument mhux qed jiġi pprovdut fil-format mitlub;
▪ It-talba qed tiġi rifjutata (Pereżempju talba mhux meqjusa bħala talba għall-FOI);
▪ L-Awtorità Pubblika ma tirrispettax l-iskadenza tal-20 ġurnata tax-xogħol (jew l-iskadenza indikata fin-notifika ta’ estensjoni, jekk applikabbli) biex tissottometti rispons
;

L-applikanti jistgħu jissottomettu ilment permezz tal-websajt tal-IDPC billi jagħfsu hawn.

 

Irċevuta ta’ dokumentazzjoni/informazzjoni

Kull meta Awtorità Pubblika tikkomunika deċiżjoni lil applikant li jingħata aċċess għal dokument/informazzjoni, l-applikant għandu wkoll jiġi mistieden iħallas il-miżati (jekk applikabbli). Fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mill-ħlas, l-Awtorità Pubblika għandha tipprovdi d-dokument/informazzjoni fl-istess format li oriġinarjament talab l-applikant jew, jekk dan ma jkunx possibbli, f’xi format ieħor meqjus xieraq mill-Awtorità Pubblika. L-applikanti li jissottomettu talbiet permezz tal-portal FOI (www.foi.gov.mt ) jistgħu jiġu pprovduti bil-possibbiltà ta’ tniżżil tad-dokument/informazzjoni direttament mis-sit. 



Jekk ebda miżata ma tkun imposta, id-dokument/l-informazzjoni tiġi pprovduta fi żmien 10 ijiem tax-xogħol min-notifika. It-talba għandha titqies li ġiet abbandunata mill-applikant jekk il-ħlas ma jsirx fi żmien 20 jum tax-xogħol min-notifika. 

Deskrizzjoni ġenerali tal-kategoriji ta’ dokumenti li d-dipartiment/d-direttorat/entità għandu (inklużi dokumenti eżenti): 


L-uffiċċju ta’ ARMS Ltd għandu dokumenti li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin: 
• Applikazzjonijiet tal-konsumatur
; 
• Fajls tal-konsumatur
;
• Korrispondenza mal-konsumaturi;
• Fajls tar-Riżorsi Umani;
• Fajls PQ;
• Fajls ta’ akkwist;
• Finanzi u baġits; 
• Minuti tal-
bord. 

Deskrizzjoni tal-formoli kollha u tipi simili ta’ dokumenti li fihom politiki, prinċipji, regoli jew linji gwida skont liema deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet isiru dwar membri tal-pubbliku (inklużi entitajiet korporattivi u impjegati tal-awtorità pubblika fil-kapaċità personali tagħhom): 
 

L-uffiċċju ta’ ARMS Ltd għandu dokumenti li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin: 
• Ir-Regolament
dwar il-Provvista tal-Elettriku;
• Ir-Regolament dwar il-Provvista tal-Ilma;
• Ftehim kollettiv;
• PSMC.

Tagħrif ieħor.

Il-klijenti ta’ ARMS jistgħu jżuru ċ-Ċentru ta’ Assistenza lill-Konsumatur li ġejjin:

Gattard House, Triq Nazzjonali, Il-Blata l-Bajda, Malta 
L-Uffiċċji ta’ ARMS, Triq l-Ifran, Il-Belt Valletta, Malta
L-Uffiċċji ta’ ARMS, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat, Għawdex 


Ħinijiet tal-Ftuħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa: 
Xitwa – 8
:00 sas-13:3
Sajf – 8:00 sa nofsinhar


Ċentru ta’ sejħiet 
Bejn it-8
:00 u l-16:00 il-freephone 8007 2222 tagħna hu disponibbli għall-għajnuna dwar mistoqsijiet marbuta mas-servizz jew mal-kont tiegħek. 

L-indirizz elettroniku tagħna hu: [email protected] 


Metodi ta’ ħlas – Bċekk, b’debitu dirett, mill-Uffiċċji ta’ Malta Post, b’pagamenti onlajn, mill-portal, b’servizzi bankarji fuq l-internet.

Ċekkijiet għadhom ikunu pagabbli lil ARMS Ltd, P.O. Kaxxa 63, Il-Marsa MRS 1000 

Formoli tal-E-Billing huma disponibbli fuq il-websajt: www.smartutilities.com.mt 

Il-formoli jittellgħu u huma disponibbli fuq il-portal tagħna kif indikat hawn fuq. Dawn il-formoli jistgħu jinkisbu mill-uffiċċji tagħna f’Il-Blata l-Bajda, il-Belt Valletta u f’Għawdex.

Talba skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tista’ ssir permezz ta’ korrispondenza elettronika fuq: [email protected] jew ippreżentata f’ARMS Ltd., Gattard House, Triq Nazzjonali, Il-Blata l-Bajda. It-talbiet għandhom jiġu indirizzati lill-Uffiċjal tal-Libertà tal-Informazzjoni.

Formoli għal Talbiet ta’ Libertà ta’ Informazzjoni jistgħu jitniżżlu minn hawn. Kopji stampati ta’ formoli huma wkoll disponibbli minn ARMS Ltd., Gattard House, Triq Nazzjonali, Il-Blata l-Bajda.